Il-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jinsabu l-Irlanda biex jiddiskutu l-futur tax-xogħol u l-kwalità tal-ħajja; il-Kumitati tal-Parlament għall-Baġits u għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jinsabu f’Zagreb biex jirrevedu l-pjan ta’ rkupru tal-Kroazja; u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jinsab Spanja biex jeżamina l-impjant nukleari ta’ Almaraz u t-tħassib ambjentali.