Ma’ Maurice Aquilina nitħaddtu fuq il-mixjiet diversi li toffri l-akkademja u r-realizzazzjoni tal-potenzjal individwali. Nirriflettu wkoll dwar ir-rutina tal-ħajja u s-sodisfazzjon personali tax-xogħol, u nqisu ir-riskji fl-intrapriża meta mqabbla mal-kompetizzjoni fis-suq. Nagħlqu billi nitkellmu fuq l-iskumdita’ tal-ġenituri fuq is-Social Media u kif it-teknoloġija fallietna fl-eqqel ta’ pandemija.