Aphroconfuso

Bur Mgħeż (tnedija) - Omar N’Shea


Listen Later

« Nassoċja dawn il-postijiet mal-istejjer tan-nies, mal-attivitajiet tan-nies, u bdejna nisimgħu dawn l-istejjer fuq il-barriera stess. Waqt l-okkupazzjoni tal-militar Ingliż f’din il-barriera kien ukoll qed isir ix-xogħol tas-sess. Allura ħafna mit-tfal tal-lokal kienu jiġu mbeżżgħa biex ma jmorrux ’l hemmhekk u bdew jinbtu ħafna stejjer dwar l-erwieħ illi jinstemgħu jgħajtu billejl.  Kulħadd għandu dawn l-assoċjazzjonijiet vera koroh u vera negattivi mal-post. Però mbagħad ovvjament bdejna nisimgħu l-istejjer ta’ min jgħidilna li splodiet bomba, li speċi waqt il-gwerra tefgħu bomba. U ta’ min jgħidilna, le, isma’, hemmhekk kien jintuża bħala bomb dump u waħda mill-bombi kienet ħaditilhom. Allura kelli ħafna mistoqsijiet. U bil-mixi fiżiku fil-pajsaġġ kif ukoll bil-mixi tar-riċerka bdejt nipprova nsolvi dawn il-mistoqsijiet. Ċerti affarijiet fil-fatt baqgħu misteri kważi sal-aħħar minuta u fil-verżjonijiet li huma ppubblikati online kien għad ma kellniex ċerti indizzji li ġew wara, u li issa qegħdin fil-ktieb. »


It-tnedija ta’ Bur Mgħeż saret fit-3 ta’ Lulju 2026 fl-Imsida Bastion Cemetery, Beltissebħ.


https://aphroconfuso.mt/kotba-omar-nshea-bur-mgħeż/

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

...more
View all episodesView all episodes
Download on the App Store

AphroconfusoBy Aphroconfuso