
Sign up to save your podcasts
Or


Li l-Father magħmul ċkejken huwa fatt tal-ħajja. Li x-xogħol tiegħu ma' vittmi ta’ kull xorta huwa pero kbir, huwa ugwalment verita'.
Il-Pirjol tal- kommunita Dumnikana tal- Birgu, Fr. Aaron Zahra, huwa r-rebbiegħ tal-Franks Man Of The Year 2020.
Qaluli li l-Father mgħammar bi bżulija li ftit huma dawk li kapaċi jlaħħqu magħha. Tant dan minnhu li l-kollegi laqqmuh "il-Hyper", ċioe bniedem mingħajr xaba' għax-xogħol. Bir ta’ enerġija w entużjażmu bla qieħ.
Għalijja Fr. Aaron bniedem ta’ prinċipju, il-kwalita' li bħala rari għadek issib minnha llum. Qis biss l-istqarrijiet kristallini li għamel dwar kif il-Knisja naqset lill-vittmi li gew abbużati minn niesha stess. Kif il-qofol ta’ tali konverżazzjoni għanda tkun il-ħarsien ta’ min gie vvittimizzat.
Kemm hawn min ma jiddarrasx meta jigi biex jistqarr il-verita sħiħa fuq l-organiżżazzjoni li tħaddnu?
M'hu faċli xejn. Anzi, gest li trid daqxejn guts għalih mhux ħazin.
Il-mistieden tat-tielet poddata mhu ħadd għajr il-potenti Dr. Albert Bell.
Soċjologu u lettur fl-Università ta’ Malta li meta ma jkunx qed jiwweldja srum l-istudenti mas-siġġu b’dik il-fjamma ta’ saġġezza severa li ilha titkebbes fih minn tal-inqas seba’ ħajjiet ... Dr. Bell ikun qed itir minn fuq il-palk għal ġo folla Metal Heads skatenati, waqt li l-bass li jkollu f’idu ma taqbiżx imqar demisemiquaver ... raġel bestjali dan.
Ħerqan m’alla biex il-privileġġ assolut li nsir naf lil dan il-bniedem ta’ ruħ li tkanġi kull kulur naqsmu magħkom ilkoll.
Għinuna nagħtu l-ħajja lil dan il-proġett, xerrdu daqsxejn il-kelma fejn u meta tistgħu.
Grazzi tmur lill-ħbieb tagħna tal-eCabs li lill-Bell wassluhulna qawwi, sħiħ u fuq kollox komdu ... filwaqt li l-appoġġ li wrew lil dan il-podcast sa mill-bidu, urewh b'entużjażmu ġenwin li mballalna qalbna kuraġġ.
Grazzi ta' vera.
Is-segwaċi tiegħi jafuh sew it-toqol inġust li bih tgħabba dan ir-raġel.
Ta’ 16-il sena ġie arrestat. Illum li għandu 28, il-każ għadu pendenti u minkejja li Mason issa rriformat, jaf ħabta u sabta jlaqqat ikla ħabs li ġġarraflu dak kollu li bena.
Tul il-poddata tħadditna dwar il-ħajja fil-ħabs tat-tfal u l-esperjenza ta’ tifel bi ftit riżorsi li qiegħed jipprova jinnegozja s-sistema ġudizzjarja f’Malta.
Għalikom ħbieb u mhux ... it-tieni Podcast ta’ Jon. B’ħajr lill-isponsors Derek Meats, eCabs, Etisicura u Franks Gentlemen's Essentials.
P.S. DAN IL-PODCAST INĠIBED FERM QABEL MA S-SITWAZZJONI COVID ĠIET KIF INHI LLUM!
L-ewwel episodju tal-Podcast laqa' lil Salvu Mallia, missier Jon. L-episodju jittratta l-aktar dwar l-istorja tal-ġens Malti. Passat, preżent u xi naqa futur ukoll.
Salvu qatta' ħajjtu fit-teatru, il-qasam tal-pittura u t-televiżjoni. Aktar 'il quddiem daħal ukoll fil-konverżazzjoni politika.
Illum is-Salv irtirat, u filfatt jidħol naqra wkoll dwar din il-fażi ta’ ħajtu.
Għalikom ħbieb u mhux...il-Podcast ta’ Jon 001
P.S. DAN IL-PODCAST INĠIBED FERM QABEL MA S-SITWAZZJONI COVID ĠIET KIF INHI LLUM!
From the publisher's feed