
Sign up to save your podcasts
Or


Angie hija preżentatriċi u produttriċi b'ħemel esperjenza.
F'din il-konverżazzjoni nsir naf ftit iżjed dwar il-persuna wara l-personalità ta' fuq il-palk. Tgħidli dwar l-imħabba tagħha lejn iż-żfin, ir-relazzjoni mat-tifel tagħha u l-iżjed intervisti li baqgħu magħha tul il-karriera tagħha.
Nistaqsiha wkoll għaliex temmen li Xarabank kien l-ikbar skola tat-televiżjoni li qatt eżista.
Missio Malta: https://missio.org.mt/
Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs
Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN
Ian Gauci huwa espert fil-qasam regolatorju tat-teknoloġija.
Miegħu nitħaddet dwar il-pożizzjoni ta' Malta fil-kuntest tal-AI, l-influwenzi barranin fuq it-teknoloġija ġewwa l-Ewropa, kif ukoll dwar kif il-gwerra ħa timpatta l-avvanzi teknoloġiċi fid-dinja kollha.
Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom.
Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN
Jotham huwa kantant mal-grupp Scream Daisy.
Nitħaddtu dwar it-traġitt tiegħu bħala artist, għaliex spiċċa arrestat fl-2013 u kif id-diska Room 7 ma kellha qatt tiġi rrekordjata fost ħafn' affarijiet oħra.
Nistaqsih ukoll jekk jitħajjarx jerġa' jtiha għall-ħajja fuq il-palk.
Ħajr lil Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom.
Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN
Fl-era tal-AI, l-Internet of Things jista’ jibdel it-traffiku, l-enerġija s-servizzi pubbliċi f’Malta u ħafn' aktar.
Imma biex dan iseħħ hemm bżonn pjan strateġiku fit-tul.
F'din il-konverzazzjoni, Kenneth jaqsam miegħi x'tip ta' futur jemmen li jista' jkollu l-pajjiż.
Ħajr lil:
Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom.
Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://www.youtube.com/@Il-KA%C5%BBIN
Rafel huwa chef, intraprenditur u fuq kollox avventurier.
Nitkellmu dwar kif għex l-esperjenzi tiegħu ġewwa Beirut u l-Ukrajna fl-eqqel tat-traġedja, x'wasslu biex jiftaħ il-Victory Kitchen f'Malta u fejn jara li sejra l-industrija Maltija tar-ristoranti.
Jaqsam miegħi ukoll għalfejn kellu jżerżaq tmin bagalji ikel ġewwa Londra.
Ħajr lil:
Brown's, ESS, Melita, Maypole, Alberta, Garmin, Welbees, Pata Artisanal, ECabs u BusinessLabs tas-sostenn tagħhom.
Segwi l-KAŻIN hawnhekk: https://open.spotify.com/show/1YEgsAQy3wy4ZWSknivz2B?si=pdRn8_EnR2-hshpLpNGZTw
Jien u Keith Marshall nerħulha għal mixja qalb il-kampanja filwaqt li niddiskutu diversi suġġetti u ideat; mill-flus, għas-saħħa mentali tal-irġiel, għall-mexxejja li l-iżjed nammiraw.
Ħajr lil Strada Rjali ta' din is-silta.
00:00 Min kien Adams?
01:19 L-ewwel trek
02:20 Liem annimal tagħżel li tkun?
05:46 Id-dinamiċi differenti tal-mixi
08:06 Il-mexxej favorit
09:23 Jon u l-hip-hop
13:28 Jon u Salvu
17:33 L-importanza tan-natura
20:30 Fiex tħossok l-iżjed ixxurtrat?
24:29 Is-saħħa mentali tal-irġiel
26:45 L-importanza tal-vulnerabbiltà
29:49 Liem superpower tagħżel?
30:33 Sophie
32:55 Ir-riċetta sigrieta tal-Podcast
34:03 Min ħa jkompli wara Keith?
36:18 Il-flus
Denise Gafa hija influencer magħrufa fix-xena lokali.F'dan l-episodju taqsam miegħi l-esperjenzi l-iżjed formattivi ta' ħajjitha u għaliex bħalissa għaddejja mnn perjodu ta' tranżizzjoni.Tgħidli dwar tfulija diffiċli, l-impatt li ħallew fuqha diversi relazzjonijiet li kellha u għalfejn għadditilha minn moħħha li tilħaq soru.Biex tgawdi mill-offerta tal-Patron, idħol hawn: https://thestore.mt/products/stp01d https://thestore.mt/products/stp03d https://thestore.mt/products/stp02d u daħħal il-kodiċi ‘PatronJon’
Mark Bajada huwa pijunier fil-qasam tan-negozju Malti.
F'dan l-episodju jaqsam miegħi it-traġitt tiegħu minn tifel imqareb li ma jiflaħx sekonda wara l-bank tal-iskola, għal wieħed mill-iżjed imprendituri prolifiċi f Malta.
Nitħaddtu wkoll dwar il-valuri, il-viżjoni u r-relazzjonijiet li kellhom l-ikbar impatt fuq il-ħajja ta' Mark.
Ħajr lil: Browns, ESS, Maypole, Alberta , Garmin, Welbees, Stretta, Derek Meats, BusinessLabs u Grotto Tavern
Ara l-offerti tal-Welbees hawnhekk:
https://drive.google.com/file/d/1wzBVOjf9mEKr0ACdOmHkvBoDxby3v7-f/view?usp=sharing
https://drive.google.com/file/d/16YrPIaubjPC9FXlZbOfJCLYn4ietowim/view?usp=sharing
Robert huwa veteran tal-volontarjat u l-filantropija f’Malta.
Huwa fil-fatt meqjus pijunier li biddel kif l-għaqdiet volontarji jwasslu l-messaġġ tagħhom u jiġbru l-flus.
Illum Robert jaħdem ma' Missio Malta u kien fuq hekk kif ukoll fuq l-esperjenza vasta tiegħu fil-qasam li tħaddidna.
Deborah Schembri hija avukat tal-familja. Magħha nitkellem dwar kif spiċċat il-wiċċ tal-kampanja tad-divorzju, x'qed iwassal biex jitkissru ż-żwiġijiet u l-pożizzjoni tagħha dwar l-ewtanażja.
From the publisher's feed