MaltaSajf: il-Poddata

MAN - Kulleġġ San Alwiġi


Listen Later

Peress li aħna daqsxejn cool iż-żejjed, qed nippubblikaw studio version tal-hit tagħna Kulleġġ San Alwiġi

Se tisimgħu lil Bradley ikanta l-vrus miktubin esklussivament għall-Alwiġjani tas-sena skolastika 2021-2022, lil Jason jgħarrax il-kitarra u jinnaviga fis-sound b'potenza bħal ta' Apollo, u lil Mikhail ifaqqa' bassline divin u jsawwat id-drums b'passjoni tal-biża'. Il-mużika inkitbet minn xi proxxmu f'nofs l-Istati Uniti li ftit jiem oħra jaf itellagħna l-qorti għax ksirna l-liġijiet tal-copyright kollha li jeżistu.

Ix-xahar id-dieħel, din l-għanja "komika" għandha tkun disponibbli bħala kanzunetta (minflok bħala episodju fuq il-Poddata) fuq kull pjattaforma ta' streaming li għoġobhom joħolqu s-setgħana Kapitalisti missirijietna - Spotify, iTunes, Amazon Music, YouTube Music, Facebook, Instagram, TikTok... kullimkien se nkunu bro, qisna l-COVID, is-Small Pox, u l-AIDS. Jiġifieri ibqgħu aġġornati xbins and xbinettes.

Saħħa u sliem.

...more
View all episodesView all episodes
Download on the App Store

MaltaSajf: il-PoddataBy MAN