
Sign up to save your podcasts
Or


Peress li aħna daqsxejn cool iż-żejjed, qed nippubblikaw studio version tal-hit tagħna Kulleġġ San Alwiġi.
Se tisimgħu lil Bradley ikanta l-vrus miktubin esklussivament għall-Alwiġjani tas-sena skolastika 2021-2022, lil Jason jgħarrax il-kitarra u jinnaviga fis-sound b'potenza bħal ta' Apollo, u lil Mikhail ifaqqa' bassline divin u jsawwat id-drums b'passjoni tal-biża'. Il-mużika inkitbet minn xi proxxmu f'nofs l-Istati Uniti li ftit jiem oħra jaf itellagħna l-qorti għax ksirna l-liġijiet tal-copyright kollha li jeżistu.
Ix-xahar id-dieħel, din l-għanja "komika" għandha tkun disponibbli bħala kanzunetta (minflok bħala episodju fuq il-Poddata) fuq kull pjattaforma ta' streaming li għoġobhom joħolqu s-setgħana Kapitalisti missirijietna - Spotify, iTunes, Amazon Music, YouTube Music, Facebook, Instagram, TikTok... kullimkien se nkunu bro, qisna l-COVID, is-Small Pox, u l-AIDS. Jiġifieri ibqgħu aġġornati xbins and xbinettes.
Saħħa u sliem.
Tliet individwi b'aktar minn 11-il sena esperjenza fis-settur edukattiv jiddiskutu l-edukazzjoni u ħwejjeġ oħra, bħall-kapitaliżmu u Hitler, f'xi mumenti daqslikieku qegħdin fl-Università, f'oħrajn daqslikieku qegħdin fil-Kinder 1.
M'għandix xi ġisem imnaqqax bħall-iskultura ta' David ta' Michelangelo... imma xorta mazza jew le?
Jekk beħsiebek iddaħħaq, itfa' mqar daqsxejn melodija bro...
Infakkru lill-Professur Oliver Friggieri, b'qari tal-'Awtopsja Letterarja għal Oliver Friggieri', ta' Bradley Cachia (verżjoni testwali tista' tinsab fuq bit.ly/hobzli).
Bradley jintervista lil Jason u Mikhail, meta kien għadu jagħmel il-Poddata Ħallata Ballata (li falliet). Hawn qed inpejp-... niddiskutu l-ħaxixa.
From the publisher's feed