
Sign up to save your podcasts
Or


Il-proġett tal-intervisti fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tal-Għaqda tagħna jiġi fi tmiemu b'din l-aħħar intervista mal-President u s-Segretarju.
L-uffiċjali amministrattivi tal-Kummissjoni Festa Esterna jitkellmu fuq l-aspetti storiċi, il-ħidma globali u l-formazzjoni ħolistika li l-maħżen tal-armar dejjem offra lill-membri sa mit-twaqqif tiegħu fl-1993.
Inħeġġukom issegwuha!
Il-Maħżen tal-Armar fi Triq il-Karmelitani dejjem kien il-post li minnu tiġi amministrata l-ħidma kollha mwettqa mill-Kummissjoni Festa Esterna. Matul is-snin dan ġie rinnovat kemm-il darba biex illum narawh bħala sede mill-isbaħ li taqdi bl-aħjar mod il-bżonnijiet tal-membri kollha.
F’din is-sitt intervista niltaqgħu ma’ Dylan Seychell u Daniel Gauci li fil-kariga tagħhom dejjem kienu impenjati biex jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u ż-żamma tal-post. Il-ħeġġa u l-inizjattiva tagħhom kienu kruċjali biex saru l-bidliet li qegħdin ingawdu llum.
Mill-Maħżen tal-Armar - Is-Sezzjoni Żgħażagħ
Iż-żgħażagħ kienu minn dejjem importanti fil-maħżen tal-armar. Il-fergħa taż-żgħażagħ taf il-bidu tagħha fl-2007 permezz tas-'Sotto Kummissjoni Helpers' u kompliet tissaħħaħ meta fl-2012 evolviet u ngħatat l-isem xieraq ta' 'Sezzjoni Żgħażagħ.'
F'din l-intervista niltaqgħu ma' Edward Mifsud li mexxa dawn il-fergħat fil-bidu tagħhom, mal-eks kaxxier Mathias Muscat u mal-koordinatur attwali Jurgen Zerafa.
Lulju magħna u għalhekk kulma jmur il-konċentrazzjoni tagħna qiegħda tkun iffukata fuq il-ħidma u l-preparazzjoni għal din il-festa. Naturalment, il-lenti tagħna tibqa' dejjem fuq il-ħidma fl-armar. F’dan it-tielet episodju tas-sensiela 'Mill-Maħżen tal-Armar' se niltaqgħu ma' Anton Tanti, eks direttur tal-armar u ma' Emanuel Spiteri li huwa d-direttur preżenti tal-armar. Flimkien magħhom se nagħtu ħarsa lejn il-progress li sar matul is-snin fl-armar u fil-ħidma li għaddejja għall-festa ta' dis-sena
Mill-Maħżen tal-Armar Bi pjaċir nippreżentawlkom l-ewwel filmat bl-intervisti mill-Media Team tal-Għaqda tagħna.. Niltaqgħu mal-fundatur tal-Kummissjoni Festa Esterna Alfred Monreal kif ukoll mal-President Onorarju Jason Lombardo.
From the publisher's feed
Mill-Maħżen tal-Armar
Fl-okkażjoni tat-30 anniversarju, il-media team tal-Kummissjoni Festa Esterna Fgura qiegħed iħejji numru ta' intervisti ma' diversi membri li ffurmaw parti mill-Għaqda…