Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
September 24, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-programm Erasmus+ li jmiss jinsab fuq l-aġenda tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni tal-Parlament; is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jippreżenta studju dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-qasam ambjentali; u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jorganizza seduta ta’ smigħ pubblika dwar il-promozzjoni ta’ politika barranija femminista tal-UE....more4minPlay
September 23, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 23/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: tinsab għaddejja s-sessjoni plenarja tal-Parlament; il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen se tagħti d-diskors tagħha waqt id-dibattitu dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea; l-aġenda tinkludi wkoll il-ftehim kummerċjali li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-Istati Uniti f’Lulju, u t-theddida sostnuta tal-interferenza Russa fl-innavigar bis-satellita għall-ajruplani u l-vapuri....more3minPlay
September 22, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew jivvota dwar l-assistenza finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-ħaddiema Ġermaniżi u Belġjani ssensjati; il-kumitati għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u għal-Libertajiet Ċivili jivvalutaw it-tibdil demografiku fl-Ewropa....more3minPlay
September 19, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew jiftaħ uffiċċju permanenti fi Kiev, l-Ukrajna; il-President tal-Parlament Metsola tafferma mill-ġdid l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna; u l-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament jikkonkludu żjara uffiċjali fin-Namibja....more3minPlay
September 18, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur iżur id-Danimarka u l-Iżvezja biex jiddiskutu d-diġitalizzazzjoni u t-tisħiħ tas-suq uniku tal-UE; il-Membri tal-PE jivvjaġġaw lejn il-Bożnija-Ħerzegovina biex jappoġġjaw l-integrazzjoni tagħha fl-UE; u delegazzjoni tal-Parlament iżżur Timor-Leste biex issaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi u tappoġġja d-demokrazija....more3minPlay
September 17, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: delegazzjoni tal-Parlament Ewropew tinsab f’Ġinevra għall-Forum Pubbliku tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern iżur l-Ungerija biex jiddiskuti t-taħriġ għall-infurzar tal-liġi madwar l-UE; u l-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament iżur Greenland biex jirrieżamina l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u Greenland....more3minPlay
September 16, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: delegazzjoni tal-Parlament Ewropew iżżur il-Gżejjer Kanarji biex tiddiskuti l-isfidi tal-migrazzjoni; Membri tal-PE mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jinsabu l-Italja biex jiddiskutu l-innovazzjoni fil-biedja; u l-membri tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jżuru Chemnitz, il-Ġermanja, waħda mill-Kapitali Ewropej tal-Kultura 2025....more3minPlay
September 15, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew jappella biex f’Gaża titħalla tidħol l-għajnuna, jinħelsu l-ostaġġi u jiġu imposti sanzjonijiet kontra l-abitanti tal-insedjamenti Iżraeljani vjolenti u żewġ ministri tal-lemin estrem; il-Membri tal-PE huma lesti li jibdew taħditiet dwar regoli ġodda dwar il-pakketti tal-ivvjaġġar; u delegazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tivvjaġġa lejn il-Kanada....more3minPlay
September 12, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE approvaw ir-riforma tal-finanzjament ta’ koeżjoni biex jiġu indirizzati sfidi ġodda; il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-futur tal-politika agrikola tal-UE; u l-Kummissjoni ppreżentat l-istrateġija tagħha biex tindirizza l-mewġiet ta’ sħana fl-UE....more4minPlay
September 11, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/09/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja tal-Parlament waslet fi tmiemha u l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen għamlet id-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea; il-Parlament approva regoli ġodda biex titnaqqas il-ħela tal-ikel u tat-tessuti; il-President tal-Moldova Maia Sandu indirizzat lill-Membri tal-PE....more5minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.