Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal

Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal

By Merlin PublishersArtsBooks
Download on the App Store

Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal episodes

  • Il-podcast bonus

    Podcast bonus mis-sensiela “Xpatapumm!” li bih se nagħlqu dis-sensiela. Għall-aħħar darba, Clare u Chris se jparlaw, se jaqraw u se jaqgħu salt kotba fuq rashom … Tlaqna!

    *Grazzi lil kull min ta sehmu biex dal-podcast seta’ jseħħ. Lil Moira Scicluna Zahra tal-illustrazzjoni, lill-mistiedna Trevor Żahra, Noel Tanti, John A. Bonello u Leanne Ellul. U ovvjament, fuq kollox, lil Clare Azzopardi talli b’tant entużjażmu daħlet għal dan il-proġett flimkien mal-Merlin!

    28 min
  • L-għaxar podcast

    L-għaxar podcast mis-sensiela “Xpatapumm!” F’dal-episodju, Clare u Chris ibaħħru mal-pirati, fuq l-ibħra mwiegħra fit-tfittxija għal kull tip ta’ teżor. U fit-tbaħħir tagħhom, jiltaqgħu ma’ mistiedna oħra tassew speċjali, li taqra silta minn ktieb dwar tifel u … skojjattlu …

    22 min
  • Id-disa' podcast
    Id-disa' podcast mis-sensiela Xpatapumm! Clare u Chris għoġbithom tal-ivvjaġġar, u llum ħejjew podcast ieħor mimli vjaġġi ma' kullimkien.
    22 min
  • It-tmien podcast
    It-tmien podcast fis-sensiela “Xpatapumm!” Illum interrqu qalb il-misteru u l-avventura, u nirkbu fuq magna taż-żmien. Fejn se teħodna? Li hu żgur, li se tlaqqagħna ma’ mistieden ieħor speċjali fuq il-podcast: awtur ta’ waħda mill-iżjed sensiliet popolari tal-aħħar snin, b’karattru li ma jgħaddix inosservat …
    23 min
  • Is-seba' podcast

    Is-seba’ podcast fis-sensiela “Xpatapumm!” Clare u Chris jiskopru teżor dwar personaġġi mhux tas-soltu, u bejn parlata u oħra jsibu ruħhom f’tempju ta’ dak kollu li hu tajjeb u irreżistibbli. L-ewwel podcast għat-tfal bil-Malti jżomm l-appuntament tiegħu ta’ kull nhar ta’ Tlieta b’episodju ieħor super-speċjali!

    21 min
  • Is-sitt podcast
    Is-sitt podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Clare u Chris itaqtqu - bħas-soltu - dwar kotba, qari u kulma jaqa’ għal fuqhom mill-ixkafef mgħobbijin kotba u stejjer. U mill-annimali domestiċi favoriti sal-qari bil-moħbi billejl taħt il-kutri, xejn ma jaħarbilhom …
    20 min
  • Il-ħames podcast
    Il-ħames podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Clare u Chris jixxennqu għal għajnuna maġika li tweġbilhom il-mistoqsijiet kollha tal-ħajja. U, wara s-suċċess tal-mistieden tal-ġimgħa l-oħra, għandhom mistieden speċjali ieħor illum biex jaqralna storja … jew tnejn …
    21 min
  • Ir-raba’ podcast
    Ir-raba’ podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Dil-ġimgħa għandha mistieden speċjali ħafna ħafna: Trevor Żahra, li se jaqralna minn ktieb ġdid fjamant tiegħu! U intant, Clare u Chris joħolmu dwar is-superpoteri …
    27 min
  • It-tielet podcast
    It-tielet podcast fis-sensiela “Xpatapumm!”. Dil-ġimgħa d-diskors jaqa’ fuq l-aljeni, fuq il-qarabagħli u fuq żewġ aħwa mqarbin ħafna. U jaqgħu l-kotba wkoll …
    L-ewwel podcast għat-tfal bil-Malti jkompli jżid fil-popolarità, u ġimgħa wara ġimgħa qed isir appuntament favorit mat-tfal u fl-iskejjel virtwali.
    24 min
  • It-tieni podcast
    It-tieni podcast f’din is-sensiela ġdida “Xpatapumm!”, li fih se nkomplu nitkellmu dwar il-kotba, l-istejjer, dwar ir-regoli, u Clare Azzopardi se taqra minn ktieb favorit ta’ ħafna …
    20 min

About Xpatapumm! Kotba u paroli għat-tfal

From the publisher's feed

Podcast dwar kotba, stejjer u rakkonti għat-tfal, bil-Malti. Flimkien ma’ Clare Azzopardi u Chris Gruppetta, u mistednin oħra …