
Sign up to save your podcasts
Or


« Nitwieldu u nikbru. Inwelldu u nkomplu nikbru sa ma fl-aħħar nispiċċaw. M’hemmx mod ieħor.” Hekk tgħid Virginia lil oħtha Vera fin-novella “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo. “Kollox jitmermer. Kollha se nispiċċaw.” Dan il-fataliżmu jibda ċiklu li jiżvolġi f’ritorn—u bħal dejjem, it-tfittxija għall-istorja tagħna hija neċessarjament tfittxija għal dak li fadal minn ta’ qabilna. Meta ż-żagħżugħ fin-novella jasal fir-raħal biex ifittex lil oħt nanntu, “il-pjan kien li jfittex iċ-ċimiterju biex isib id-dar”. Iċ-ċimiterju huwa r-raħal tal-imgħoddi li se jibqa’ tul iż-żmien, “it-tkomplija tal-imgħoddi fl-issa biex jimxi lejn id-dejjem li ma jafu ħadd”. »
https://aphroconfuso.mt/simon-bartolo-qamar-aħmar/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Taħdita ma’ Omar dwar kif sar jaf b’Bur Mgħeż, kif għamel ir-riċerka tiegħu dwar is-sit u xi ħsibijiet dwar id-dixxiplina tal-arkeoloġija u l-"metodoloġija" letterarja.
Aqra u isma' l-ewwel żewġ partijiet ta' Bur Mgħeż, li nsemmu f'din it-taħdita:
1. Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar
2. Dfintha fil-libsa li mietet fiha
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
It-tieni parti mis-sensiela dwar Bur Mgħeż. Hawnhekk insibu lil Omar jeżamina d-dokumenti miġburin fid-dossier MUS 1196-20 fl-arkivji tas-Santu Spirtu r-Rabat. “Fihom naraw lil Bur Mgħeż maqbud bejn il-Knisja, li kellha l-art fil-portafoll tal-Isqof, l-imprenditur Michele Zammit li għandu kienu mikrijin l-għelieqi u l-barrieri fejn id-dagħbien ta’ Bur Mgħeż kixfu d-dfin u l-fdalijiet Neolitiċi, u l-Valletta Museum flimkien mal-Gvern ta’ Malta li riedu jakkwistaw l-artijiet biex ikomplu jesploraw il-fdalijiet tas-sit u jipproteġuhom mill-iskavar tal-barrieri għall-ġebla tal-franka”.
Noti: L-epigrafu huwa meħud mill-poeżija ta’ Marjanu Vella “Ħitan tas-Sejjieħ”. Hemm qari tagħha hawn. Ta’ Noel Buttigieg ikkonsultajt “L-Imqabba fil-bidu tas-Seklu XX: Xi aspetti tal-ħajja soċjali fi żmien it-twaqqif tal-każini” f’Sicut Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli, Charles Farrugia, editur, ippubblikat fl-2012 tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba. “Bur Mgħeż u Tan-Naxxari” ta’ Charles Farrugia kien ippubblikat fil-programm tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju tal-2016. “Hercules’ Unfinished Labour: the management of Borg in-Nadur and its landscape” ta’ Reuben Grima deher f’Site, artefacts and landscape — Prehistoric Borġ in-Nadur, Malta, editjat minn Davide Tanasi u Nicholas C. Vella ippubblikat fl-2011 minn Polimetrica International Scientific Publisher f’Monza. Id-diskors ta’ John Kerry tal-2014, waqt l-inawgurazzjoni tal-esibizzjoni From Assyria to Iberia fil-Metropolitan Museum ta’ New York huwa disponibbli mill-arkivju online tas-Segretarju tal-Istat Amerikan. Għal dan l-esej qrajt ukoll “The Dignity of the Dead: Ethical Reflections on the Archaeology of Human Remains” ta’ Brais X. Currás u Lydia de Tienda Palop li deher f’Ethical Approaches to Human Remains, editjat minn K. Squires, D. Errickson, N. Márquez-Grant, ippubblikat minn Springer, Cham, fl-2019.
Ħajr lill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, ir-Rabat, għall-permess biex nikkonsulta u nippubblika d-dokumenti fid-dossiers MUS 1196-20, CUR 3118-11 u CUR 2052-12. Ukoll lil Charles Farrugia u Noel Buttigieg li ddiriġewni kemm għal xogħol li kien sar fuq Bur Mgħeż kif ukoll għall-kitbiet dwar in-Naxxari, u lil Melvin Theuma tal-għajnuna waqt ir-riċerka. Ukoll Lil Sharon Sultana għar-referenza għall-minuti tal-Antiquities Committee.
https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-bur-mgħeż-2-dfintha-fil-libsa-li-mietet-fiha/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Bur Mgħeż għeb fil-baħħ. Sparixxa. Kieku ma kinux dawk l-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Anki l-isem sparixxa, u sparixxiet ukoll il-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu lura mill-mewt? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawn l-esejs li ġejjin se nipprova nirkupra ’l-Bur Mgħeż minn għejun differenti. »
Noti: Għal dan l-esej ikkonsultajt “Prehistoric Burials in a Cave at Bur-Meghez, Near Mkabba, Malta” ta’ Napuljun Tagliaferro, ippubblikat fil-ġurnal Man Vol. 11 (1911) mir-Royal Anthropological Institute of Great Britain & Ireland; ukoll il-Fieldnotes ta’ Temi Zammit, speċjalment Vol. 3 fejn hemm id-daħliet tal-1911. Malta and the Mediterranean Race ta’ Richard Noël Bradley kien ippubblikat minn T.F. Unwin fl-1912. Qrajt ukoll “Past Dark”, fil-ktieb Archaeology of Darkness, Marion Dowd u Robert Hensey ed., Oxbow Books 2016, u Neolithic Cave Burials: Agency, Structure and Environment ta’ Rick Peterson, Manchester University Press 2019. Qrajt il-kitbiet ta’ Anton Mifsud u hawn nirreferi għat-taħdita tiegħu “Anaemia in Ancient Times: Can We Obtain Any Useful Information from the Study of Ancient Maltese Skulls?” li ppreżenta lill-Malta Branch of The British Medical Association fl-2006. Anthony Pace huwa l-arkeologu l-iktar infurmat fuq is-sit ta’ Bur Mgħeż. Waqt li kont qed nikteb dawn l-esejs, ħareġ il-kapitlu tiegħu fit-tielet volum tal-pubblikazzjonijiet tal-Proġett FRAGSUS bit-titlu Temple People: Bioarchaeology, Resilience and Culture in Prehistoric Malta, McDonald Institute for Archaeological Research, Cambridge 2023. Ix-xogħol fuq dan il-volum sar minn Simon Stoddart, Ronika K. Power, Jess E. Thompson, Bernardette Mercieca-Spiteri, Rowan McLaughlin, Eóin W. Parkinson, Anthony Pace u Caroline Malone. Pace kien diġà ppubblika xi tagħrif f’Malta Before History, Daniel Cilia ed., Miranda Publishers 2004.
Ħajr lil Stefan Aquilina, u lil Carl Caruana, ħabib u kompliċi f’dak kollu li hu franka. Ukoll, lis-sur Farrugia, li llum jgħix Birkirkara, li flimkien tħadditna fit-tul fuq ix-xogħol li kien għamel fil-barriera Taċ-Ċomba ġewwa l-Imqabba. Ħajr ukoll lil dawk in-nies li ltqajt magħhom waqt il-mixi tiegħi ġewwa l-Imqabba u li flimkien tkellimna fuq il-barrieri, fuq il-wirt kulturali, fuq Bur Mgħeż, u fuq kif post jintesa.
https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-bur-mgħeż-1-ftit-qabel-dfint-l-ommi-mort-infittex-qabar/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
“Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd...” L-għanja nafuha u mill-ewwel nifhmu li ż-żmien mistenni minn kulħadd suppost huwa l-karnival, dawk il-jiem fejn l-ilwien jgħammxu l-għajnejn u l-irtokk u t-travestija huma għal kulħadd. Festa li maż-żmien immansat u llum nassoċjawha l-aktar mat-tfal. Iżda għal uħud tista’ tfisser ħafna aktar minn sempliċi logħba bil-maskri u l-kostumi.
https://aphroconfuso.mt/matthew-schembri-mona-lisa-karnival-ieħor/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
“Kif Tgħidha f’Qalbek” kienet taħdita waqt il-Festival tal-Ktieb fil-21 ta' Ottubru 2023. Fuq stedina ta' Mallia & D’Amato Booksellers, l-edituri ta' Aphroconfuso jitħaddtu ma’ Kurt Borg, Davinia Hamilton u Omar N'Shea.
“Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni, il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min jgħid hekk. F’dawn l-ewwel xogħlijiet li għandna fil-ġurnal tagħna din it-taqbida kienet ta’ spiss parti importanti mill-kitba u mill-proċess editorjali. Meta l-ewwel niddeċiedu li niktbu dwar suġġetti li aħna intiżi fihom imbagħad wara nagħżlu li niktbu dwarhom bil-Malti, insibu ruħna nipproċessaw ideat illi dejjem qrajniehom b’lingwa oħra, probabbilment bl-Ingliż, u li għalhekk bqajna naħsbuhom b’din il-lingwa. Meta niġu biex nartikolawhom bil-Malti nsibu ruħna nitqabdu bejn l-idea nnifisha u espressjoni preċiża u eleganti.”
Peress li kien hemm ħafna attività taħt it-tinda tal-Festival, kellna nipproċessaw ir-recording biex inneħħu l-istorbju mill-isfond u għaldaqstant, f'xi waqtiet il-kwalità tal-vuċijiet hija inqas mis-soltu.
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Fil-ħarifa tal-2020, fil-bidu tat-tieni lockdown, żrajt żerriegħa għall-ewwel darba f’ħajti, u r-raħs ta’ idea rabba l-għeruq. Dak iż-żmien konna f’nofs il-pandemija: in-numri—l-infezzjonijiet, il-pazjenti l-ICU, u l-imwiet—kienu telgħin, u konna qegħdin niffaċċjaw xitwa twila u kiefra. Malta kienet tinħass ’il bogħod ’il bogħod—’il bogħod wisq minn dan l-appartament żgħir f’Londra. Iż-żmien kien għaddej b’pass illajmat imma goff, ma jċedi xejn. Ħassejt in-nuqqas ta’ familti, kont ili xhur twal ma narahom, u l-ivvjaġġar kien għadu perikoluż. Kien għad ma kellniex vaċċin biex itaffi l-periklu ta’ dan il-virus li kien qiegħed jeqred tant nies. Bl-ansjetà ttextex f’żaqqi, kont qisni għasfur b’qalbi tgħaġġel, kollni ttikazzjoni u enerġija bla skop. »
Noti: “Of Other Spaces: Heterotopias and Utopias” ta’ Michel Foucault huwa traduzzjoni mill-Franċiż ta’ Jay Miskowiec li dehret fil-ġurnal Architecture/Mouvement/Continuité ta’ Ottubru, 1984. Modern Nature ta’ Derek Jarman huwa pubblikazzjoni Penguin Random House 1991, disponibbli minn archive.org. Wanderlust ta’ Rebecca Solnit huwa pubblikazzjoni Granta Books 2014, disponibbli wkoll minn archive.org. “The Mother Tongue and the Foreign” ta’ Kristina Valendinova deher fl-edizzjoni numru 29 tal-JCFAR, Awwissu 2019. “The Capitalocene and Planetary Justice” ta’ Jason W. Moore deher f’Maize 6, 2019. “The Disturbances of the Garden” ta’ Jamaica Kincaid deher fin-New Yorker fil-21 ta’ Awwissu 2020. Sketches of Foreign Travel ta’ Charles Rockwell kien pubblikazzjoni ta’ Tappan and Dennet, Boston, D. Appleton & Co., 1842, u huwa disponibbli minn archive.org. “Appalling poverty in Malta in the early 19th century” deher fit-Times of Malta tat-23 ta’ Ġunju 2013. Il-kitba anonima “Malta during the late War” dehret f’Knight’s Quarterly Magazine Vol 3, Awwissu-Novembru fl-1824. Slow Violence and the Environmentalism of the Poor ta’ Rob Nixon huwa pubblikazzjoni Harvard University Press 2011.
https://aphroconfuso.mt/davinia-hamilton-żerriegħa/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Nota dwar it-traduzzjoni ta' “It-Tipjip”, kapitlu minn La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo.
« Ir-relazzjoni ta’ Svevo u l-persunaġġi tiegħu mat-Taljan ma kinitx wisq ’il bogħod minn dik li kienet ta’ Maltin tal-istess żmien, u tal-istess klassi borgeża. Malta, bħal Trieste, kienet iktar minn darba ġiet fil-mira tal-irredentisti Taljani: żewġ ‘gżejjer’ miżmumin bil-ħakma tal-ikbar żewġ imperi ta’ dak iż-żmien milli jwettqu d-destin tagħhom u jingħaqdu ma’ ħuthom Taljani... Bħal ħafna nies ta’ madwar il-ġenerazzjoni tiegħi, jien naf it-Taljan mhux partikolarment għax tgħallimtu l-iskola — għalkemm l-iskola tgħallimtu sew — imma għax meta kont tfal l-iktar li konna naraw kien televixin bit-Taljan. Kien hemm ħafna programmi Taljani stess, naturalment, imma kien hemm ukoll ħafna programmi Ingliżi, u speċjalment Amerikani u Ġappuniżi. Din kienet dinja fejn detectives ġo San Francisco, il-korpi tas-salvataġġ fuq ir-ramliet tal-Hawaii u robots twal għaxar sulari f’Tokyo tal-futur kollha kienu jitkellmu bid-djalett ċar u b’vokali miftuħin li s-Sinjorina Luti kien għoġobha tgħarraf lil Manzoni li kien aċċettabbli fis-salotti tan-nies puliti ta’ Firenze fil-bidu tas-seklu dsatax. »
Noti: Maltese and Other Languages: A Linguistic History of Malta ta' Joseph M. Brincat (Midsea Books, 2021) jagħti l-istorja tal-Malti mill-bidu nett. The Malta Language Question: A Case Study in Cultural Imperialism ta' Geoffrey Hull (Said International, 1993) daqsxejn kaotiku imma dettaljat ħafna u anki Brincat jużah biex jgħid l-istorja tiegħu. Tullio de Mauro, fil-ktieb tiegħu Storia linguistica dell'Italia unita 2011 (Einaudi, 1963) kien qal li meta l-Italja ngħaqdet, 2.5% biss tan-nies fit-territorju issa Taljan kienu fil-fatt jitkellmu lingwa li tinftiehem lil hinn mir-reġjun tagħhom, u madwar 10% kienu jifhmuha. Anki min ma jaqbilx ma' dawn il-figuri, jagħti figuri baxxi ħafna. La coscienza di Zeno huwa disponibbli f'ħafna edizzjonijiet. L-edizzjoni ta' Einaudi (2019) fiha esej tajjeb ħafna tal-editur, Mario Lavagetto.
https://aphroconfuso.mt/joe-gatt-il-kuxjenza-fit-truf/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
La coscienza di Zeno ta’ Italo Svevo ħareġ fl-1 ta' Mejju 1923, ftit jiem wara li Sigmund Freud ħareġ Das Ich und das Es. Svevo kien diġà midħla sew tal-psikoanaliżi u fir-rumanz tiegħu juża l-ideat ta’ din it-terapija ġdida fl-istess ħin li jipparodizzaha. Il-protagonist tar-rumanz, Zeno Cosini, hu konvint li huwa marid u li jekk jaqta’ s-sigaretti darba għal dejjem ikun jista' fl-aħħar jibda jgħix tassew, mingħajr il-kompromessi li dejjem taqqlulu l-kuxjenza tiegħu.
“It-Tipjip” huwa kapitlu mir-rumanz, maqlub għall-Malti minn Joe Gatt.
https://aphroconfuso.mt/italo-svevo-joe-gatt-it-tipjip/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Mhux faċli tikteb fuq Malta. M’għadux faċli tikteb fuq Malta, jekk qatt kien. Faċli tpinġi ’l Malta tribujiet, il-blu professjonisti, il-ħomor bl-ispanner f’idhom u l-boilersuit żejtnija, Maltin kontra Għawdxin, tan-North u tas-South, tal-Belt, tal-Kottonera, iż-Żwieten, ta’ wara l-mina... Viżjoni ppożizzjonata bir-riħ impoppa, il-qlugħ bl-emblema miftuħin pagun, il-boxxla ssettjata direzzjoni fondi pubbliċi, lagħqiżmu u paroli fieragħ. Faċli l-viżjoni ta’ Malta bħala l-aħħar stadju qabel apokalissi stil Nostradamus, fejn barra kollox jaħdem arloġġ u Malta erezzjoni disfunzjonali waħda. »
https://aphroconfuso.mt/ryan-falzon-reċti-tal-kbar-parties-tat-tfal/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
From the publisher's feed
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.