
Sign up to save your podcasts
Or


Il-persunaġġi f’“Lejl u Nhar” ta’ Miriam Galea jitbattlu mid-dija qalila tax-xemx Maltija u jaħarbu ’l fuq lejn belt Ewropea fejn il-ġurnata mudlama kważi bħal-lejl, fejn “it-temp ikrah illum” u s-“sema donnu tbenġila”. U minkejja l-ħarba, kollha donnhom jistaqsu l-istess mistoqsija: “Fejn qed tistaħba x-xemx tisreġ, fejn mar id-dawl?” Il-lejl jgħattik minn ħaddieħor imma jikxfek miegħek innifsek. “Fid-dlam u fix-xita qliel kulħadd kien inġabar għall-kenn ta’ daru u jien kont waħda mill-ftit iterrqu t-toroq jiżolqu tal-belt, jirbumbjaw bl-eku ta’ passi għajjiena.”
https://aphroconfuso.mt/miriam-galea-lejl-u-nhar/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Niltaqgħu ma’ Warren Bartolo, it-traduttur tal-Frammenti ta’ Saffo (EDE Books, 2023) għal taħdita dwar l-imħabba tiegħu għal Saffo u l-lirika tagħha, u dwar il-proċess tat-traduzzjoni mill-Grieg Antik għall-Malti u t-taqbida mal-lingwi l-oħrajn li jinfilsaw bejniethom.
F'din il-poddata nsemmu wkoll traduzzjoni oħra ta’ Warren, Kif Tisraq il-Kotba ta’ David Horovitz (Sendb00ks Edition Taube, 2020), kif ukoll Idylle Saphique ta’ Liane de Pougy. Loranne Vella tiddiskuti l-esej tagħha fuq Aphroconfuso, “Il-Lanza, il-Labra, il-Qoffa, l-Azzarin”, li tieħu bħala spunt it-traduzzjoni ta’ Warren.
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Ġieli jagħti l-każ li, jien u naħseb fuq ktieb li qed naqra, nibda nara f’kotba jew xogħlijiet oħrajn l-istess ħsieb, jew mod ta’ ħsieb mhux wisq ’il bogħod minnu, tant li nibda nissuspetta li fil-fatt qed jgħidu l-istess ħaġa, li l-kwistjoni qed jarawha mill-istess perspettiva. U allura, x’kumbinazzjoni li qed naqra żewġ jew tliet kotba miktubin fi żminijiet għalkollox differenti li qed jipproponu l-istess ħsieb! L-istess jiġrili jien u nikteb. Nibda nhewden fuq idea li mbagħad nibda naraha f’kull kitba oħra li naqra. Għadni kif qrajt it-traduzzjoni mill-Grieg Antik għall-Malti tal-Frammenti ta’ Saffo, ta’ Warren Bartolo. Jien u naqra n-noti u l-kummenti tat-traduttur, dwar x’inhu, skont hu, is-sinifikat ta’ Saffo llum, dwar it-traduzzjoni bħala proċess ta’ trasformazzjoni u mutazzjoni, dwar il-ħarsa queer ta’ Saffo, moħħi beda joħodni mingħajr ma rrid għaż-żewġ kotba l-oħra li kelli ħdejja. »
Noti: Dysphoria mundi ta’ Paul B. Preciado huwa ppubblikat minn Grassett, 2022. “The Carrier Bag Theory of Fiction” ta’ Ursula K. Le Guin ġie ippubblikat għall-ewwel darba fl-1988. L-edizzjoni li ntużat hawn hija ta’ Terra Ignota, 2019, b’introduzzjoni ta’ Donna Haraway. L-esej huwa disponibbli online. Making Kin not Population: Reconceiving Generations, ta’ Donna Haraway, huwa ppubblikat minn University of Chicago Press, 2018. Il-Wirja ta’ Louise Bourgeois The Woven Child kienet il-Hayward Gallery fl-2022. Ma mère rit ta’ Chantal Akerman huwa ppubblikat minn Gallimard, 2013. No Home Movie huwa dokument ċinematografiku tal-istess perjodu fil-ħajja ta’ Akerman u ommha. Għal informazzjoni dwar it-traduzzjoni tal-klassiċi għall-Malti, ara dan l-esej fuq il-website. Verżjoni ta’ Saffo bil-Franċiż ta’ Renée Vivien mill-1903 hija disponibbli online. If Not, Winter: Fragments of Sappho ta’ Anne Carson huwa pubblikazzjoni Vintage, 2002. Ħassartek, huwa ppubblikat mill-awtur Matthew Schembri, 2021. Il-kwotazzjoni tal-aħħar meħuda minn Les Guérillères ta’ Monique Wittig, Les Éditions de Minuit, 2021. Il-ktieb kien ħareġ għall-ewwel darba fl-1969.
https://aphroconfuso.mt/loranne-vella-il-lanza-il-labra-il-qoffa-l-azzarin/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Erġajt lura Malta. U ilni ġa sena hawn. Bla ħsieb kienet din, ġita tas-sajf bħal kull sena oħra iżda din id-darba fost affarijiet oħra, kienet aħbar kerha li żammitni hawn. Ejja ngħidu li kien u għadu jagħmel sens li jien, Romeo, ninsab hawn. Sirna nafu li missieri kellu kanċer fl-istonku, ikrah ferm, tal-biża’ waħx. Imnalla kellu l-għasafar biex jedha u lil ommi, li hi l-pilastru tal-familja u mingħajrha ma nagħmlu xejn. Imnalla kellna ftit minn dawn l-għasafar id-dar magħna għax lil ommi ħabbewha wisq, u hi lilhom. Ommi tqala waħda kellha, u ħarġulha tnejn f’daqqa. Ifhem, mhux eżatt hekk l-istorja. Kellha tissielet miegħi sew biex ħarġitni. Ara oħti, dik ħarġet qisha kienet fuq żurżieqa llubrikata biż-żejt. Hekk nimmaġinaha, nieżla gass mal-pjanċa daqslikieku kienet l-iSplash & Fun. It-tabib kien ħaseb li tewmin tifla u tifel kien ħa jkollha ommi. Imma meta ħriġt jien ma kellix saħħa nitkellem (aħseb u ara kemm kellha ommi miskina, wara battikata bħal dik) u ma stajtx ngħidilhom li jien tifel inħoss li ridt inkun u mhux tifla. Iddeċidew għalina u kitbuna tifla u tifla. Kemm jien u kemm oħti konna nafu li żbaljaw, imma għedna: forsi dan żball li bilfors kellu jseħħ. Naħlef li ma kienx għaddieli minn moħħi li żbalji bħal dawn kienu ħa jibqgħu jkarkru s’issa. Għalaqt 32 sena s-sajf l’għadda; Lulju u l-Iljun. »
Din is-silta hija meħuda mill-ewwel abbozz ta’ Qarn, li huwa pubblikazzjoni Aphroconfuso 2025.
Noti: In a Queer Time & Place: Transgender Bodies, Subculture Lives ta’ Jack Halberstam huwa ppubblikat minn NYU Press, 2005. Il-Ħabs: L-Istorja tal-Ħabsijiet f’Malta (1800-2000) ta’ Edward Attard huwa maħruġ minn PEG, 2007 (2000). Il-Ħarsa ta’ Rużann (1985) ħareġ f’ħafna edizzjonijiet minn Klabb Kotba Maltin, l-aħħar waħda fl-2011.
https://aphroconfuso.mt/romeo-roxman-gatt-qarn/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Żgur li ismi familjari. Żgur li smajt bosta stejjer fuqi. Iżda żgur qatt ma smajt dak li ġara bejni u bejn Persew. Nitolbok, iskot ftit u isma’ l-istorja tiegħi qabel nissarraf f’elf framment ta’ miti oħra…
Mela darba, ħmistax-il sena ilu, meta kont għadni tifla, kont ngħix mal-ġenituri tiegħi, Foriku u Keto, fuq gżira serena mdawra b’baħar blu jwerżaq. Id-dar kienet ċkejkna, bi tlett ikmamar kollox; il-kċina, il-kamra tal-bżonnijet tagħna u l-kamra fejn konna norqdu jien u ħuti l-oħra. Għalkemm bejni u bejn ħuti l-kbar ftit snin biss kienu jifirduna — qabża ta’ sentejn kull wieħed — l-ikbar differenza kienet il-vulnerabbiltà tal-mortalità tiegħi. »
https://aphroconfuso.mt/rowena-grech-medusa/
* Din l-istorja tittratta temi ta’ vjolenza sesswali.
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Hemm karru bil-ġwienaħ misjuq minn kuċċier miġbud minn żewġt iżwiemel. Żiemel minnhom abjad, b’għonqu wieqaf dritt, grazzjuż. L-ieħor iswed, magħmul ikrah u goff. Bil-frosta f’idu, il-kuċċier qed jittajjar lejn is-sħab u lil hinn minnu. Iż-żwiemel, speċjalment l-iswed, kultant jissaraw mal-kuċċier, jisfidawh, jisfrattaw, għoddhom jaqilbu l-karru. Il-kuċċier iqum bilwieqfa jwiddeb liż-żwiemel. B’idejh it-tnejn jiġbed b’kemm jiflaħ fuq ir-riedni marbutin mal-ilġiem ta’ ġo ħalqhom. Iż-żwiemel jogħtru taħt is-saħħa tal-kuċċier u, bla ma jridu, jobduh. Imma t-taqbida bejniethom tkompli. Żiemel minnhom jiġbed ’l hawn u l-ieħor jiġbed ’l hemm sa ma l-kuċċier jitlef il-kontroll, il-karru jinqasam u jegħleb mis-smewwiet għall-art. »
Noti: L-Istqarrijiet ta’ Santu Wistin huwa maqlub għall-Malti minn Val V. Barbara (Provinċja Agostinjana, 1989). Fil-ħarġa numru 20 ta’ L-Aċċent, Ivan Said jitkellem dwar Val V. Barbara, traduttur prolifiku mhux biss ta’ Santu Wistin, li tiegħu qaleb ukoll Il-Belt ta’ Alla, imma wkoll tal-evanġelji, ta’ Shakespeare, ta’ Goldoni, u oħrajn. Ivan Said huwa wkoll l-editur, flimkien ma’ Jonathan Farrugia, tal-pubblikazzjoni iktar riċenti tal-ewwel tliet kotba tal-Istqarrijiet, traduzzjoni ta’ P. Ugolin Gatt u Karmenu Vassallo. Judith Butler ħarġu Precarious Life: The Powers of Mourning and Violence (Verso, 2004) bħala risposta għall-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001 fi New York u l-gwerer li ġew wara fl-Afganistan u l-Iraq. Id-dettalji dwar l-isem tal-Ingieret ġejjin minn Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Publishers Enterprises Group Ltd, 2000) ta’ Godfrey Wettinger. The Visible and the Invisible ta’ Maurice Merleau-Ponty (ed. Claude Lefort, tr. Alphonso Lingis) huwa pubblikazzjoni ta’ Northwestern University Press, 1968.
https://aphroconfuso.mt/kurt-borg-ġilda/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Nathalie u Maimouna kienu ltaqgħu Ouagadougou meta kienu għadhom tfajliet. Missier Nathalie kien jaħdem mal-gvern, u hi trabbiet f’maisonette mdaqqas, l-armarju mimli porċellana, missierha jġib il-ħelu wara x-xogħol u ħutha jagħmlu x-xogħol tal-iskola waqt li hi taparsi tgħin lil ommha fil-kċina kulur l-għeneb. L-imħabba ta’ bejnha u bejn ommha kienet toħroġ iktar fit-tisjir milli fil-kliem. Meta kienet żgħira, Nathalie xtaqet issir attriċi; kien jaffaxxinaha ċ-ċinema. Bdiet tistudja l-letteratura Franċiża l-università, bl-għan li tibda taħdem u tinvolvi ruħha fl-industrija tal-films u l-avvenimenti kollha li kienu jsiru f’Ouagadougou. Kellha tibda u twaqqaf il-kors diversi drabi minħabba l-inċertezza politika tal-ewwel ftit snin tad-deċennju li għadda, sakemm fl-aħħar ma felħitx iktar u ddeċidiet li temigra. Sadanittant kienet saret ħbieb ma’ Maimouna, li kienet marret tgħix Ouagadougou biex tmantni l-familja tagħha, u ddeċidew li jitilqu flimkien. »
https://aphroconfuso.mt/noah-fabri-ħsieb-il-ħamiema/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Nixtieq niżfnilkom żifna minn ġo qalbi, bla mużika, u żifna b’diska favurita, u araw kif dan ġismi jirrelata differenti, kif jiċċaqlaq differenti. Agħlqu għajnejkom. Missu parti ta’ ġisimkom, tkun liema tkun. Ħossu l-ġilda. Ħossu t-temperatura ta’ dal-ġisem. Ċaqalqu bil-mod dil-parti. Ċaqalqu aktar bl-għaġla dil-parti. Agħtuha ċans terġa’ tissetilja. Ħudu nifs ’il ġewwa u żommuh. Ftakru f’xi memorja ta’ dil-parti tal-ġisem. Araw stampa ikbar ta’ fejn kontu ma’ din il-parti. Ma’ min kontu — waħidkom jew ma’ nies oħra? Kemm kellkom żmien? X’affarijiet oħra tiftakru — ħwejjeġ, diska, ikel, leħen? X’burdata impulsiva ttikom din l-istampa u din il-parti tal-ġisem? Xena astratta jew xena konkreta? Iftħu għajnejkom u rritornaw. L-istoriku jista’ jkun kontemporanju, għax malli għadda f’mument temporanju ħloqt storja oħra b’ġismek. Min jaf kemm-il storja ntesiet jew weħlet ma’ xi parti ta’ moħħna li tlifna l-aċċess għaliha. Ejja ħa nibdew minn storja qasira. »
https://aphroconfuso.mt/charlene-galea-ġismi-battikata/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
From the publisher's feed
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.