Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
May 15, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jinsisti li jkun hemm aktar koordinazzjoni u reżiljenza fil-grilja tal-elettriku Ewropea; il-Kumitat għall-Ambjent jappoġġja proposti li jissimplifikaw l-istrument tal-UE għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju; u l-President Metsola tappella biex l-Ewropa titnieda mill-ġdid bħala setgħa globali....more4minPlay
May 14, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali fuq it-tfal; il-futur tad-Direttiva Orizzontali Kontra d-Diskriminazzjoni tal-2008; u t-tariffi fuq il-prodotti agrikoli li ġejjin mir-Russja u l-Belarussja....more3minPlay
May 13, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Qorti Ewropea tal-Awdituri se tippreżenta r-rapport tagħha dwar ir-riformi tas-suq tax-xogħol fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru tal-UE; il-Kumitat għas-Saħħa Pubblika se jirrevedi r-rispons tal-UE għall-kriżijiet u se jorganizza skambji ewlenin; u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali se jivvota dwar korp ġdid tal-UE għall-istandards etiċi....more3minPlay
May 12, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Parlament Ewropew jikkommemora t-80 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa; il-Membri tal-PE jadottaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom għall-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma; il-Parlament iħeġġeġ lill-Kosovo u lis-Serbja jimxu 'l quddiem fir-riformi tagħhom lejn is-sħubija fl-UE....more4minPlay
May 08, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja ta’ din il-ġimgħa, il-Membri tal-PE ddiskutew kif l-UE tista’ tikkontribwixxi biex jintlaħaq ftehim ta’ paċi għall-Ukrajna; il-Parlament adotta riżoluzzjoni li tiddeskrivi l-viżjoni u t-talbiet tiegħu għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE; u huma mistennija li jitħallsu EUR 8 miljun f’għajnuna tal-UE lil 2,400 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-Belġju...more3minPlay
May 07, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: fis-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE ddiskutew ir-rispons tal-UE għat-tariffi tal-Istati Uniti; il-Parlament osserva minuta ta’ silenzju biex isellem il-memorja lill-Papa Franġisku; ġie introdott l-Ordni Ewropew tal-Mertu....more3minPlay
May 06, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: waqt is-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE se jiddiskutu kif l-UE tista’ tgħin biex tiġi żgurata paċi ġusta fl-Ukrajna; se jiddiskutu wkoll il-qtugħ tal-elettriku fil-Peniżola Iberika u se jikkommemoraw it-80 anniversarju mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa....more3minPlay
May 05, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Parlament se jiddibatti r-rispons tal-UE għat-tariffi tal-Istati Uniti; it-talba tat-Turkija biex tissieħeb fl-UE tinsab taħt skrutinju fil-Parlament; il-Membri tal-PE se jivvutaw dwar pakkett ta’ appoġġ ta’ EUR 9 miljun għal 2,400 ħaddiem fil-Belġju....more3minPlay
May 02, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/05/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-film “Flow” rebaħ il-Premju LUX tal-Udjenza 2025; nhar il-Ħadd, il-Parlament se jagħti bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa; u se ssir seduta ta’ smigħ pubblika dwar “il-futur tar-regoli tat-taxxa tal-UE kontra l-evitar tat-taxxa”....more2minPlay
April 30, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 30/04/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: nhar il-Ħadd, il-Parlament se jagħti bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Ewropa; f’nofs Mejju, is-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali se jospita seduta ta’ smigħ pubblika dwar l-isfidi globali tat-taxxa; u fil-bidu ta’ Ġunju, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali se jorganizza seduta ta’ smigħ pubblika bl-isem “L-Intelliġenza Artifiċjali fuq il-post tax-xogħol”....more2minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.