Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
December 18, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: fi Strażburgu, tispiċċa l-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament għal din is-sena. Il-Parlament jappoġġja miżuri biex tingħata spinta lill-appoġġ tal-UE għall-investiment fid-difiża; il-Membri tal-PE japprovaw regoli aktar sempliċi u aktar appoġġ għall-bdiewa; u l-Parlament jonora lil Andrzej Poczobut u lil Mzia Amaglobeli, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2025....more4minPlay
December 17, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: L-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament għal din is-sena tkompli fi Strażburgu. Il-Membri tal-PE jiffukaw fuq il-projbizzjoni tal-importazzjonijiet tal-gass naturali Russu; il-President Roberta Metsola tikkundanna l-attakk terroristiku antisemitiku f’Sydney; u l-Kumitat għas-Saħħa Pubblika tal-Parlament jappoġġja miżuri ġodda biex tiġi żgurata l-provvista ta’ mediċini kritiċi....more4minPlay
December 16, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 16/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: L-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew għal din is-sena tinsab għaddejja fi Strażburgu. Il-Membri tal-PE qed jivvutaw dwar it-tneħħija gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja, il-posponiment tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar id-deforestazzjoni, u l-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-Parlament għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru....more3minPlay
December 15, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 15/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: bħalissa għaddejja s-sessjoni plenarja tal-Parlament. Fi Strażburgu, il-Membri tal-PE jiddibattu pjan ġdid tal-UE għal akkomodazzjoni affordabbli; il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb se jingħata lill-ġurnalisti miżmuma l-ħabs Andrzej Poczobut u Mzia Amaglobeli; u l-Kummissjoni Ewropea tiżvela miżuri biex issaħħaħ il-kompetittività tal-karozzi tal-UE....more3minPlay
December 12, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: Il-Parlament u l-Kunsill jilħqu ftehim biex jirriformaw ir-regoli farmaċewtiċi tal-UE; l-aħħar sessjoni plenarja tas-sena tibda nhar it-Tnejn fi Strażburgu; Il-Membri tal-PE se jiddiskutu kif jistgħu jagħtu spinta lill-investiment fid-difiża tal-UE u se jivvutaw dwar pakkett ta’ riforma li jaġġorna r-regolamenti ewlenin tal-politika agrikola komuni....more3minPlay
December 11, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament u l-Kunsill jaqblu dwar tnaqqis ta’ 90% fl-emissjonijiet sal-2040 skont il-liġi aġġornata dwar il-klima; dawk li jfasslu l-liġijiet tal-UE u l-Membri Parlamentari nazzjonali jiltaqgħu fi Brussell biex jevalwaw l-istat tad-dritt; il-Membri tal-PE jiddibattu l-impatt tal-vjolenza diġitali fuq is-saħħa mentali tan-nisa....more3minPlay
December 10, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament u l-Kunsill jilħqu ftehim biex jissimplifikaw ir-regoli dwar is-sostenibbiltà tal-kumpaniji; Il-Membri tal-PE jħejju għall-aħħar plenarja tal-2025 b’votazzjonijiet dwar it-tħejjija għad-difiża u s-salvagwardja bejn l-UE u l-Mercosur; fi Strażburgu, il-Parlament se jivvota wkoll dwar l-akkomodazzjoni, l-agrikoltura u l-inizjattiva taċ-ċittadini dwar l-abort....more3minPlay
December 09, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 09/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Ambjent tal-Parlament ifakkar 10 snin mill-Ftehim ta’ Pariġi b’konferenza ta’ livell għoli dwar il-klima; il-Kumitat għas-Saħħa Pubblika jeżamina mill-ġdid modi ġodda biex tiġi indirizzata r-reżistenza għall-antimikrobiċi; il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jappoġġja l-klawżola ta’ salvagwardja bejn l-UE u l-Mercosur filwaqt li l-Kummissjoni tiddeskrivi strateġija ġdida ta’ sigurtà ekonomika....more3minPlay
December 08, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 08/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilħqu ftehim biex idewmu u jissimplifikaw il-liġi dwar id-deforestazzjoni; jintlaħaq ftehim dwar regoli ġodda dwar l-editjar tal-ġeni biex tiġi appoġġjata biedja aktar ekoloġika; u l-produtturi tal-inbid għandhom aktar appoġġ biex jiffaċċjaw l-isfidi tas-suq u tal-klima....more3minPlay
December 05, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: jintlaħaq ftehim dwar l-ewwel regoli komuni tal-UE għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; il-Parlament u l-Kunsill jissiġillaw ftehim kbir biex jiġġeddu l-ftehimiet kummerċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; u l-Membri tal-PE jappellaw biex l-UE tiddefendi d-dritt umanitarju b’aktar saħħa....more3minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.