Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
December 04, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: l-UE tieħu passi biex ittemm l-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja bi ftehim ġdid bejn il-Parlament u l-Kunsill; il-mexxejja tal-Parlament jinsabu f’Ċipru biex iħejju għall-Presidenza li jmiss tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; u tissaħħaħ il-protezzjoni għal dawk li jivvjaġġaw b’pakketti tal-ivvjaġġar....more3minPlay
December 03, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jinsistu għal azzjoni aktar iebsa kontra prodotti illegali u mhux sikuri mibjugħa online; il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili tal-Parlament jerġa’ jeżamina d-drittijiet u l-lakuni ta’ protezzjoni li fadal għall-persuni b’diżabilità; u s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament jindirizza t-theddida dejjem tikber tar-repressjoni transnazzjonali....more3minPlay
December 02, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 02/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Roberta Metsola tinsab f’Ċipru, hekk kif dan se jkun qed jieħu f’idejh il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-2026; Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde tinforma lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament dwar ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja; u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jħares lejn il-protezzjoni tal-ħaddiema f’impjiegi b’riskju għoli....more4minPlay
December 01, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 01/12/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew jiftaħ it-tielet Ġimgħa tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà; Il-Membri tal-PE jinsistu għal strateġija tal-UE aktar b’saħħitha dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà; u l-Membri tal-PE jeżaminaw in-nuqqas ta’ ħiliet fis-settur tal-kostruzzjoni tal-UE....more3minPlay
November 28, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/11/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew japprova l-baġit tal-UE għall-2026 bi spinta għar-riċerka, is-sigurtà u l-infrastruttura; il-Membri tal-PE jivvutaw biex jissimplifikaw il-liġi tal-UE dwar id-deforestazzjoni; u jappellaw ukoll, biex jiġu protetti t-tfal online, permezz ta’ limitu ta’ età minima ta’ 16-il sena biex tintuża l-media soċjali fl-UE kollha....more4minPlay
November 27, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/11/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew japprova l-ewwel programm, li qatt sar, tal-industrija Ewropea tad-difiża; il-Parlament iwissi dwar il-kriżi li qed tiggrava tal-istat tad-dritt fl-Ungerija; u l-Membri tal-PE japprovaw regoli aktar stretti tal-UE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli....more3minPlay
November 26, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/11/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jiċċelebraw il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa; il-Parlament jiftaħ is-sessjoni plenarja tiegħu b’sejħa għal paċi ġusta fl-Ukrajna; il-Kumitati għat-Trasport u d-Difiża tal-Parlament iħeġġu l-ħolqien ta’ “żona militari ta’ Schengen” biex tiġi miġġielda t-theddida mir-Russja....more3minPlay
November 25, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/11/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: id-delegazzjoni tal-UE fil-COP30 twissi li l-progress miexi bil-mod wisq biex jindirizza l-emerġenza klimatika; matul is-sessjoni plenarja, il-Parlament jivvota dwar il-baġit tal-UE għall-2026 wara li jiżgura spinta fil-finanzjament ewlieni; u l-Membri tal-PE jiddibattu l-vulnerabbiltà tal-UE għal-limiti tal-esportazzjoni tal-materjali tal-art rari li għamlet iċ-Ċina....more3minPlay
November 24, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/11/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: illum tibda s-sessjoni plenarja fi Strażburgu. Il-Parlament Ewropew huwa mistenni jiddibatti azzjoni tal-UE aktar qawwija dwar il-vjolenza kontra n-nisa; Il-Membri tal-PE qed jinsistu għal protezzjoni aktar b’saħħitha tal-minorenni online u se jikkonfermaw regoli tal-UE aktar b’saħħithom dwar is-sikurezza tal-ġugarelli....more3minPlay
November 21, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/11/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja tibda nhar it-Tnejn fi Strażburgu. Il-Membri tal-PE se jkollhom dibattiti dwar iċ-Ċina, is-sikurezza tal-ġugarelli u l-protezzjoni online; Il-Parlament mistenni jivvota dwar ir-riżoluzzjoni tal-Ungerija u s-setgħat aktar b’saħħithom tal-Europol; Il-President tal-Parlament Roberta Metsola tiftaħ l-ewwel Forum tal-UE dwar id-Demokrazija Parlamentari....more3minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.