Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
January 30, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 30/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Polonja tistabbilixxi l-prijoritajiet tagħha għall-presidenza tagħha tal-Kunsill tal-UE, bil-motto “Sigurtà, Ewropa!”; il-Membri tal-PE jiddiskutu strateġija tal-UE għar-reżiljenza fil-qasam tal-ilma u patt blu tal-UE f’seduta pubblika; il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jeżamina l-impatt tal-midja soċjali fuq is-saħħa mentali tal-bniet....more3minPlay
January 29, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 29/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jivvota dwar il-politiki ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE, u jiffoka fuq ir-relazzjonijiet mal-Ukrajna, mar-Russja u maċ-Ċina u fuq it-tkabbir; il-Kumitati għall-Affarijiet Barranin u għall-Baġits huma mistennija jivvutaw dwar Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir ta’ madwar EUR 1.8 biljun biex jappoġġjaw ir-riformi tal-Moldova sabiex tissieħeb fl-UE; kumitat parlamentari ġdid dwar il-kriżi tal-akkomodazzjoni fl-UE se jkollu l-ewwel laqgħa tiegħu....more2minPlay
January 28, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: sessjoni plenarja speċjali li tikkommemora l-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst; il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tattendi ċ-ċerimonja li fakkret it-tmenin sena anniversarju tal-liberazzjoni ta’ Auschwitz; u dibattitu fuq it-tixjiħ san u l-bżonn urġenti biex nindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa madwar l-Ewropa....more2minPlay
January 27, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem se jiddiskuti l-verità, il-ġustizzja u r-responsabbiltà fis-Sirja mal-vittmi u l-esperti internazzjonali; il-Membri tal-PE se jivvalutaw il-kriżi umanitarja tas-Sirja u se jesploraw modi biex itejbu l-għoti tal-għajnuna; il-Parlament Ewropew ikkundanna r-reġim ta’ Maduro u appella għal espansjoni tas-sanzjonijiet kontra l-Venezwela....more3minPlay
January 24, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: Il-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE, filwaqt li jiffoka fuq l-unità u s-sigurtà; Il-Parlament jikkundanna d-diżinformazzjoni min-naħa tar-Russja u jappella għal sanzjonijiet aktar ħorox fuq il-mezzi ta’ propaganda; u l-Membri tal-PE jiddenunzjaw l-elezzjoni presidenzjali tal-Belarussja bħala waħda falza u jappellaw għal sanzjonijiet aktar b’saħħithom....more4minPlay
January 23, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 23/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE irrevedew l-eżiti tal-aħħar Kunsill Ewropew flimkien mal-President tiegħu, António Costa, u ddiskutew l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli; il-Prim Ministru Pollakk Donald Tusk jiddeskrivi l-prijoritajiet tal-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE bil-motto tagħha, “Sigurtà, Ewropa!”; il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jiddibatti l-politiki dwar il-klima u l-agrikoltura mal-Ministru għall-ambjent tal-Polonja, Hennig-Kloska...more4minPlay
January 22, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 22/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-President Metsola esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-waqfien mill-ġlied f’Gaża; il-Membri tal-PE ddiskutew l-użu tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali għall-ġlieda kontra l-indħil barrani u l-protezzjoni tad-demokrazija; il-Parlament se jivvota dwar riżoluzzjoni li tikkundanna d-diżinformazzjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna....more4minPlay
January 21, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Prim Ministru Pollakk Tusk se jippreżenta l-programm “Sigurtà, Ewropa!” hekk kif il-Parlament qed jiddiskuti l-prijoritajiet tal-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Membri tal-PE se jivvalutaw l-eżiti tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru, b’enfasi fuq l-Ukrajna, il-Lvant Nofsani u r-rispons strateġiku tal-UE; il-Parlament se jindirizza l-kriżi globali tat-tniġġis mill-plastik wara lin-negozjati tat-trattat tan-NU waqgħu....more3minPlay
January 20, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: l-infurzar tar-regoli diġitali biex tiġi protetta d-demokrazija; il-Membri tal-PE jiddiskutu t-tieni mandat ta’ Donald Trump u r-rabtiet bejn l-UE u l-Istati Uniti; u Bruno Gencarelli magħżul bħala l-kandidat ewlieni għar-rwol ta’ Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data....more3minPlay
January 17, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Roberta Metsola tilqa’ l-waqfien mill-ġlied f’Gaża bħala punt ta’ bidla; l-UE timxi lejn futur aktar ekoloġiku bis-saħħa ta’miżuri ta’ ekonomija ċirkolari; u l-bliet kapitali Ewropej ta’ eċċellenza għall-2025....more3minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.