Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
February 13, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 u l-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-kompetittività; il-President tal-Verkhovna Rada, jew il-Parlament Ukren, jindirizza lill-Membri tal-PE fi Strażburgu; il-Parlament iħeġġeġ lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jindirizza r-riskji ġeopolitiċi għall-istabbiltà tal-prezzijiet....more4minPlay
February 12, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: l-UE twiegħed rispons sod għat-tariffi l-ġodda tal-Istati Uniti fuq l-azzar u l-aluminju; il-Membri tal-PE affermaw mill-ġdid l-appoġġ qawwi tal-UE għall-Ukrajna matul il-gwerra li għaddejja bħalissa; u l-Parlament Ewropew osserva minuta silenzju għall-vittmi tal-isparatura f’Örebro....more4minPlay
February 11, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja ta’ din il-ġimgħa, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen se tiżvela l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025; il-Membri tal-PE se jiddibattu dwar ir-repressjoni fir-Russja sena wara l-qtil ta’ Alexei Navalny; il-Parlament se jiddiskuti wkoll il-ħruġ tal-Istati Uniti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u mill-Ftehim ta’ Pariġi....more3minPlay
February 10, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: matul is-sessjoni plenarja, il-Membri tal-PE se jfakkru tliet snin mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja; se jiddibattu l-istrateġija tal-UE ppjanata għal-Lvant Nofsani; u se jivvalutaw ir-riskji għall-kummerċ tal-UE fost it-theddid tal-Istati Uniti rigward it-tariffi....more3minPlay
February 07, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jiddiskutu l-appoġġ tal-Ukrajna u r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika fir-Russja fil-plenarja; l-esperti infurmaw lill-Membri tal-PE dwar l-isfidi tal-klima u tal-bijodiversità; u l-UE tafferma l-impenn tagħha li ttemm il-mutilazzjoni ġenitali femminili....more3minPlay
February 06, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-gruppi politiċi tal-Parlament qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss; il-ġimgħa d-dieħla, il-Membri tal-PE se jiddiskutu l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna, il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2025 u l-konsegwenzi tal-irtirar tal-Istati Uniti mill-Ftehim ta’ Pariġi u mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa....more2minPlay
February 05, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Roberta Metsola tappella għal aktar investiment u unità fid-difiża Ewropea; il-ministri Pollakki jiddeskrivu l-għanijiet tal-ġustizzja u l-affarijiet interni; il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea se jospitaw it-tielet Simpożju tal-UE dwar it-Tassazzjoni....more2minPlay
February 04, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: delegazzjoni mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tal-Parlament Ewropew għandha żżur l-Istati Uniti biex issaħħaħ il-kooperazzjoni diġitali transatlantika; taħditiet politiċi ewlenin bejn is-Sottokumitat tal-Parlament għall-Kwistjonijiet Fiskali u l-Kummissarju Wopke Hoekstra; Il-Jum Dinji Kontra l-Kanċer: il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer isaħħaħ l-impenn tal-UE fil-ġlieda kontra l-kanċer....more3minPlay
February 03, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola se tindirizza l-isfidi ġeopolitiċi fil-Konferenza tal-Ambaxxaturi tal-UE tal-2025; is-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali se jesplora r-riformi għall-integrazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-settur finanzjarju tal-UE; u l-Membri tal-PE ddiskutew is-sovranità diġitali u ċ-ċibersigurtà mal-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea Henna Virkkunen....more2minPlay
January 31, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 31/01/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament Ewropew fakkar il-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst; laqgħa dwar il-prestazzjoni ta’ InvestEU; u l-futur tal-agrikoltura tal-UE....more3minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.