Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
February 27, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa tal-Parlament Ewropew se jivvota għal miżuri aktar qawwija biex jiġi miġġieled l-abbuż sesswali tat-tfal; Il-Membri tal-PE se jiddiskutu n-nuqqas ta’ mediċini u l-istrateġija tal-kura tas-saħħa; il-kap tal-awtorità tal-UE kontra l-kriżijiet bankarji se jiffaċċja l-mistoqsijiet tal-Membri tal-PE....more3minPlay
February 26, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: fit-tielet anniversarju tal-invażjoni mir-Russja, il-mexxejja tal-UE affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom lejn l-Ukrajna b’assistenza finanzjarja, umanitarja u militari kontinwa; il-ġimgħa d-dieħla, il-mexxejja tal-UE se jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu s-sanzjonijiet u t-tisħiħ tad-difiża tal-Ewropa b’reazzjoni għall-aggressjoni mir-Russja; u Membri tal-PE jżuru l-Irlanda biex jevalwaw il-proġetti tal-fond ta’ koeżjoni u l-iżvilupp reġjonali....more3minPlay
February 25, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: Membri tal-PE mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur qegħdin f’Washington DC biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-politiki diġitali u tal-konsumatur; delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji qiegħda Londra biex tiddiskuti s-servizzi finanzjarji, is-sanzjonijiet fuq ir-Russja, u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; Membri tal-PE mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin se jżuru l-Moldova biex jiddiskutu l-adeżjoni mal-UE u l-appoġġ finanzjarju....more2minPlay
February 24, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: fit-tielet anniversarju tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, il-Parlament Ewropew jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-Ukrajna; delegazzjoni mis-Sottokumitat għall-Kwistjonijiet Fiskali se jżur il-Finlandja u l-Estonja għal taħditiet dwar il-politika tat-tassazzjoni u l-kompetittività; u l-Kumitat għas-Saħħa Pubblika qed iniedi konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-mard rari u s-saħħa tan-nisa....more3minPlay
February 21, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE u l-Istati Membri tal-UE qablu dwar pjan ta’ appoġġ ewlieni biex jaċċelleraw ir-riformi tal-Moldova, isaħħu r-reżiljenza tagħha, u jmexxuha ’l quddiem fit-triq tagħha lejn l-integrazzjoni fl-UE; il-Membri tal-PE mill-Kumitat għall-Iżvilupp se jżuru t-Tanzanija biex jevalwaw l-inizjattivi tal-Global Gateway; niċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna....more3minPlay
February 20, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: matul il-Ġimgħa Parlamentari Ewropea, l-eks President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi appella għal azzjoni urġenti biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa; l-UE tilħaq ftehim biex sal-2030 tnaqqas l-iskart tal-ikel u tat-tessuti; u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jibda l-mandat il-ġdid tiegħu b’taħditiet ta’ politika globali....more4minPlay
February 19, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE u l-Membri Parlamentari nġabru biex jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, baġitarji u soċjali tal-Ewropa; il-Membri tal-PE jiddiskutu t-tensjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti fid-dawl ta’ tariffi ġodda tal-Istati Uniti fuq l-azzar mill-Ewropa u r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni taċ-ċipep tal-intelliġenza artifiċjali; u l-Ministru Pollakk għas-Saħħa se jiddeskrivi l-prijoritajiet tas-saħħa pubblika taħt il-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-UE....more4minPlay
February 18, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: din il-ġimgħa, il-Polonja se tkompli tippreżenta l-prijoritajiet tal-Presidenza tagħha lill-Kumitati tal-Parlament Ewropew; il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji se jkollu l-ewwel taħdita ekonomika mal-President tal-Grupp tal-Euro; skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, iż-żgħażagħ Ewropej huma mħassbin l-aktar bil-għoli tal-ħajja l-ħajja u l-klima, u jiddependu fuq il-midja soċjali għall-aħbarijiet....more3minPlay
February 17, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-President tal-Parlament Ewropew Metsola żaret Iżrael, Gaża, u x-Xatt tal-Punent biex terġa’ ttenni l-impenn tal-Ewropa għall-paċi reġjonali; il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa Michael O’Flaherty se jiddiskuti kwistjonijiet ewlenin, inklużi l-Ukrajna u l-migrazzjoni, mal-Membri tal-PE; il-Viċi President tal-BEI Robert De Groot se jiddiskuti l-irwol tal-bank fit-tisħiħ tad-difiża Ewropea mal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża....more3minPlay
February 14, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Parlament approva riforma tal-VAT biex tiġi garantita tassazzjoni ġusta u tiġi miġġielda l-frodi; il-Membri tal-PE u l-Kummissjoni irrieżaminaw il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur fost tħassib dwar l-agrikoltura; u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit se jivvaluta l-baġit imġedded fit-tul tal-UE....more3minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.