Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
March 27, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 27/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: regoli ġodda biex jiskattaw skwalifiki tas-sewqan fl-UE kollha għal sewwieqa imprudenti; il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament jorganizza seduta ta’ smigħ mal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew; il-Membri tal-PE mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji se jitolbu lill-Kummissarju Valdis Dombrovskis għal dettalji dwar l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja nazzjonali....more3minPlay
March 26, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 26/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: l-istħarriġ il-ġdid tal-Ewrobarometru sab li l-Ewropej iridu protezzjoni u għaqda akbar mill-UE; il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar il-liċenzji tas-sewqan diġitali u regoli aktar stretti għas-sewwieqa ġodda; il-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp se jattendu summit f’Pariġi dwar in-Nutrizzjoni għat-Tkabbir...more3minPlay
March 25, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 25/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss; il-ġimgħa d-dieħla fi Strażburgu, il-Membri tal-PE se jiddiskutu s-sigurtà, il-politika barranija u l-kompetittività ekonomika tal-UE; Il-Jum Dinji tal-Ilma: kif l-UE qed tindirizza l-iskarsezza tal-ilma u tipproteġi l-aċċess għall-ilma nadif....more3minPlay
March 24, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 24/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi tal-Akkomodazzjoni jospita konferenza dwar l-akkomodazzjoni affordabbli fl-UE; il-Kumitat tal-Parlament għall-Kummerċ Internazzjonali japprova żewġ proposti biex tingħata assistenza finanzjarja lill-Eġittu u l-Ġordan; il-leġiżlaturi u l-esperti tal-industrija se jiltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu strateġiji għall-espansjoni tal-infrastruttura Ewropea tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi....more3minPlay
March 21, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 21/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: it-tielet djalogu monetarju mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde; pjattaforma diġitali ġdida tal-UE li tiffaċilita r-reklutaġġ internazzjonali; it-tisħiħ tar-rwol tal-UE fin-NU....more4minPlay
March 20, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 20/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-membri tal-PE jiddiskutu dwar protezzjonijiet aktar b’saħħithom għall-foresti tal-Ewropa; il-kumitati tal-Parlament għall-Ambjent u għas-Suq Intern jagħmlu pressjoni għal regoli aktar stretti dwar ir-riċiklaġġ tal-vetturi; il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jiddiskutu dwar kif jista’ jissaħħaħ ir-rwol tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fin-NU....more3minPlay
March 19, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 19/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: illum, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji se jorganizza t-tielet Djalogu Monetarju tiegħu tas-sena mal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Christine Lagarde. il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali se jiddiskuti l-implikazzjonijiet tal-kontromiżuri kummerċjali tal-UE li ġew deċiżi b’reazzjoni għat-tariffi tal-Istati Uniti fuq il-prodotti tal-UE; barra minn hekk, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali se jivvota dwar żewġ proposti biex tingħata assistenza makrofinanzjarja f’self lill-Eġittu u l-Ġordan....more2minPlay
March 18, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 18/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: Magnus Brunner, il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni u l-Migrazzjoni, jitkellem mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; l-Imħallef Tomoko Akane, il-President tal-QKI, tindirizza lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali; delegazzjoni mill-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tattendi d-69 sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU fi New York dwar l-Istatus tan-Nisa....more3minPlay
March 17, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 17/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija se jiffoka fuq żviluppi riċenti fil-politika dwar l-enerġija; il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament se jiddiskuti proposta tal-Kummissjoni dwar regoli ġodda għat-trainees; u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu se jindirizza d-drittijiet tal-passiġġieri fil-kuntest tal-vjaġġi multimodali....more2minPlay
March 14, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 14/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja għalqet ilbieraħ. Fi Strażburgu, il-Parlament tenna li l-UE jeħtiġilha tikkontribwixxi għall-garanziji tas-sigurtà għall-Ukrajna; il-Membri tal-PE enfasizzaw li l-UE jeħtiġilha tappoġġja t-tranżizzjoni politika tas-Sirja; u l-Parlament approva ftehim dwar it-trasferiment ta’ data dwar l-ismijiet tal-passiġġieri bl-ajru mill-UE għall-Kanada....more3minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.