Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Dawn huma l-Aħbarijiet fil-Qosor tal-Parlament Ewropew tal-lum. Żomm ruħek aġġornat dwar x'qed jiġri fil-Parlament f'inqas minn tliet minuti kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.Tista’ tisma’ aktar podcasts ... more
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.
March 13, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 13/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: is-sessjoni plenarja tinsab għaddejja ġmielha. Fi Strażburgu, il-Membri tal-PE jivvutaw dwar proposta biex tissaħħaħ id-difiża Ewropea; il-Parlament jadotta żewġ riżoluzzjonijiet dwar il-prijoritajiet ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi; u fil-kamra tad-dibattiti, il-Kummissjoni tiżvela l-att il-ġdid dwar il-Mediċini Kritiċi....more3minPlay
March 12, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 12/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: bħalissa għaddejja sessjoni plenarja ġdida. Fi Strażburgu, il-Membri tal-PE indikaw il-prijoritajiet tagħhom għas-summit li jmiss tal-Kunsill Ewropew; il-Parlament fakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa; u l-President Metsola tkellmet dwar il-35 sena anniversarju mid-dikjarazzjoni tal-kontinwità tal-Istati tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja....more4minPlay
March 11, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 11/03/2025 – MaltiPunti ewlenin: fi Strażburgu, għaddejja sessjoni plenarja ġdida; fiha, il-Parlament se jtenni l-appoġġ sod tiegħu għall-Ukrajna; il-Membri tal-Parlament Ewropej mistennija jitolbu lill-Unjoni Ewropea tuża l-assi Russi ffriżati biex tappoġġja lill-Ukrajna u taċċellera t-twaqqif mill-użu tal-gass Russu; il-Parlament se jindika wkoll l-istrateġija ekonomika, soċjali u tal-impjiegi tal-UE għall-2025....more3minPlay
March 10, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 10/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: sessjoni plenarja ġdida fi Strażburgu. Għada, il-Membri tal-PE se jiddiskutu s-sigurtà u d-difiża tal-UE wara l-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew; il-Parlament se jiddiskuti l-kriżi umanitarja li sejra għall-agħar f’Gaża; il-Kummissjoni Ewropea mistennija tippreżenta qafas legali ġdid dwar ir-ritorn ta’ persuni li m’għandhom l-ebda dritt legali li jibqgħu fl-UE....more2minPlay
March 07, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 07/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament fakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa billi appella għal rwol aktar b’saħħtu għan-nisa fil-konsolidazzjoni tal-paċi u fis-sigurtà; nhar it-Tnejn fi Strażburgu, il-Parlament mistenni jivvota dwar pjan ta’ appoġġ ta’ EUR 1.9 biljun għall-Moldova; il-Membri tal-PE se jiddiskutu wkoll il-kompetittività tal-UE u kif tista’ tingħalaq id-diskrepanza fil-ħiliet....more4minPlay
March 06, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 06/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE qed iħejju għas-sessjoni plenarja li jmiss fi Strażburgu fejn se jiffukaw fuq id-drittijiet tan-nisa u d-difiża Ewropea; il-Parlament se jindirizza wkoll l-eliminazzjoni gradwali tal-gass mir-Russja u jikkonferma l-appoġġ tal-UE għall-Ukrajna; fuq l-aġenda hemm ukoll kif jistgħu jissaħħu l-ktajjen tal-provvista tal-mediċini kritiċi fl-UE....more2minPlay
March 05, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 05/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kunsill Ewropew se jiltaqa’ fi Brussell għal summit speċjali dwar l-Ukrajna u d-difiża; bi tħejjija għas-summit, il-President Metsola ltaqgħet mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Mark Rutte u enfasizzat l-impenn tal-UE għas-sigurtà u l-paċi dejjiema fl-Ukrajna; qabel il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi se jorganizza laqgħa speċjali dwar is-sigurtà u l-konsolidazzjoni tal-paċi....more2minPlay
March 04, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 04/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE jsaħħu l-miżuri protettivi kontra l-abbuż sesswali tat-tfal; il-film Latvjan “Flow” – wieħed mill-films nominati għall-Premju LUX tal-Udjenza – jirbaħ l-Oscar tal-2025 għall-Aqwa Film Animat; il-Parlament Ewropew iniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-mard rari....more3minPlay
March 03, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 03/03/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits se jivvutaw biex jikkonfermaw Faċilità għar-Riforma u t-Tkabbir ta’ EUR 1.9 biljun għall-Moldova; f’Washington DC, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola tkellmet dwar l-importanza tar-rabtiet trans-Atlantiċi; Teresa Anjinho tidħol fil-kariga bħala l-Ombudsman Ewropew il-ġdid....more3minPlay
February 28, 2025L-Aħbarijiet fil-Qosor – 28/02/2025 – MaltiIl-punti ewlenin: il-Membri tal-PE se jesploraw strateġiji biex tingħata spinta lill-akkomodazzjoni sostenibbli madwar l-UE; il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija se jiddiskuti l-politiki futuri tal-UE dwar id-difiża u l-ispazju mal-Kummissarju Kubilius; u nhar it-Tnejn huwa l-Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi....more3minPlay
FAQs about L-Aħbarijiet fil-Qosor:How many episodes does L-Aħbarijiet fil-Qosor have?The podcast currently has 612 episodes available.