Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar

Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar

By Parlament EwropewNewsGovernmentPolitics
Download on the App Store

Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar episodes

  • Il-ġlieda tal-Unjoni Ewropea kontra l-faqar relatat mal-mestrwazzjoni

    Il-faqar relatat mal-mestrwazzjoni jfisser in-nuqqas ta’ aċċess għal prodotti mestrwali sikuri u affordabbli, għal faċilitajiet tal-iġjene u għal informazzjoni dwar il-mestrwazzjoni. Għalkemm ta’ spiss tiġi injorata, din hija kwistjoni serja u fl-UE taffettwa madwar għaxra fil-mija tal-persuni li jkollhom il-mestrwazzjoni. Il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni b’saħħitha dwar din il-kwistjoni u rrikonoxxa l-faqar mestrwali bħala ostaklu sinifikanti għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-parteċipazzjoni soċjali u ekonomika sħiħa. F’dan l-episodju, se niskopru kif il-Parlament Ewropew qed jiġġieled kontra din il-problema.

    8 min
  • Il-Gwerra ta’ Aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

    L-Unjoni Ewropea ilha tappoġġja lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha minn mindu r-Russja nediet l-invażjoni illegali fuq skala sħiħa tagħha tal-Ukrajna, fi Frar 2022. L-Unjoni Ewropea kkundannat l-aggressjoni tar-Russja, imponiet sanzjonijiet, u pprovdiet appoġġ finanzjarju, umanitarju u militari sinifikanti. Hekk kif il-gwerra għadha għaddejja, l-Unjoni Ewropea tibqa’ determinata fl-appoġġ tagħha għall-Ukrajna. Il-ġlieda mhijiex biss dwar l-integrità territorjali, iżda wkoll dwar id-difiża tal-valuri Ewropej li huma: id-demokrazija, is-sovranità u l-paċi.

    8 min
  • L-inizjattivi ta’ finanzjament tal-UE: kif il-bliet qed jużaw il-fondi tal-Unjoni Ewropea biex jappoġġjaw proġetti lokali

    Madwar l-Ewropa, il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea jsawwar il-ħajja ta’ kuljum fil-bliet. Il-politika ta’ koeżjoni tgħin lill-bliet jirrispondu għall-ħtiġijiet lokali, minn trasport aktar ekoloġiku u spazji pubbliċi rinnovati sa programmi ta’ taħriġ u servizzi soċjali. Dan l-episodju jesplora kif il-fondi tal-Unjoni Ewropea jappoġġjaw l-infrastruttura, in-nies u l-komunitajiet, u jibdlu s-solidarjetà fi proġetti viżibbli li jtejbu l-ħajja ta’ kuljum madwar ir-reġjuni.

    8 min
  • Nifs aħjar: kif l-UE qed tnaqqas it-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku

    Il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku hija parti mill-qafas usa’ tal-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea, li għandha l-għeruq tagħha fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea. Hija mfassla biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem, tippreserva r-riżorsi naturali, u tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli. Il-Parlament Ewropew għandu rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ miri aktar ambizzjużi.

    7 min
  • Il-lingwi tas-sinjali: Valur miżjud għax-xenarju multilingwi tal-Unjoni Ewropea

    Madwar l-Unjoni Ewropea, hemm 29 lingwa tas-sinjali nazzjonali rikonoxxuti. Dawn il-lingwi ma jintużawx biss minn persuni li huma neqsin mis-smigħ, iżda jużawhom ukoll nies li mhumiex neqsin mis-smigħ imma jixtiequ jikkomunikaw mal-familja jew mal-ħbieb. Biex titqajjem kuxjenza dwar din id-diversità lingwistika u kulturali, in-Nazzjonijiet Uniti ddikjarat it-23 ta’ Settembru bħala l-Jum Internazzjonali tal-Lingwi tas-Sinjali. F’dan l-episodju, se nagħtu ħarsa lejn il-lingwi tas-sinjali fl-Unjoni Ewropea u x’qed jagħmel il-Parlament Ewropew biex jippreservahom u jippromwovihom.

    11 min
  • Innaqqsu d-disparità bejn il-ġeneri fl-Unjoni Ewropea

    L-Unjoni Ewropea għamlet ħafna biex tiżgura aktar ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, iżda fadal xi jsir. Permezz tal-istrateġija tagħha dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-UE qed timmira li telimina l-kundizzjonijiet inġusti għan-nisa u tiżgura soċjetà aktar stabbli li ttejjeb il-ħajja ta’ kulħadd.

    9 min
  • It-Triq ’il Quddiem: ir-regoli l-ġodda tal-Unjoni Ewropea dwar il-liċenzji tas-sewqan

    L-Unjoni Ewropea aġġornat ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan biex ittejjeb is-sikurezza fit-toroq u timmodernizza l-mobbiltà. Fost il-bidliet ewlenin insibu l-liċenzja tas-sewqan diġitali li hija valida fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, kundizzjonijiet aktar stretti għas-sewwieqa ġodda u kontrolli armonizzati tal-kundizzjoni medika tas-sewwieqa. L-infurzar transfruntier tal-projbizzjonijiet tas-sewqan se jiżgura li r-reati serji jiġu kkastigati fl-Unjoni Ewropea kollha. Dawn ir-riformi jappoġġjaw l-għan ta’ Viżjoni Żero: li sal-2050 neliminaw l-imwiet u l-korrimenti serji fit-toroq.

    8 min
  • Mill-iskarsezza għas-sigurtà: kif l-Unjoni Ewropea qed taħdem għal futur reżiljenti fir-rigward tal-ilma

    Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, fl-2022, l-iskarsezza tal-ilma affettwat 34% tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea u 40% tal-art tagħha.

    Il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa bħalma huma Ċipru, il-Greċja, l-Italja, Malta, il-Portugall u Spanja huma l-aktar milquta ħażin mill-iskarsezza tal-ilma. Iżda l-kriżi issa qed tinfirex ukoll lejn it-Tramuntana, u qed taffettwa żoni li qabel kienu meqjusa li huma siguri fir-rigward tal-ilma.

    Fl-Ewropa, l-istress fir-rigward tal-provvista tal-ilma diġà huwa kwistjoni serja, u fil-futur, din il-kwistjoni se tiggrava minħabba t-tibdil fil-klima. Għalhekk, l-Unjoni Ewropea qed tipprova ssib soluzzjoni komuni għal din l-isfida.

    8 min

About Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar

From the publisher's feed

Inizjattivi ġodda għal Unjoni Ewropea aħjar