Il-Parlament Ewropew jgħin lis-setturi kulturali u awdjoviżivi permezz tal-programm Ewropa Kreattiva. B’baġit ta’ EUR 2.5 biljun għall perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2027, l-Unjoni Ewropea tinvesti f’setturi diversi bħall-mużika lajv, il-kotba, l-arkitettura, iċ-ċinema u l-mezzi tax-xandir tal-aħbarijiet. Il-programm jikkontribwixxi wkoll fil-ġlieda kontra d-differenza bejn il-ġeneri fl-industriji kulturali u jippromwovi l-valuri u l-patrimonju Ewropej. Huwa jinqasam fi tliet fergħat: il-fergħa tal-Kultura, dik tal-Media u dik Transettorjali, sabiex jindirizza aħjar il-varjazzjonijiet ta’ kull settur.