Sign up to save your podcastsEmail addressPasswordRegisterOrContinue with GoogleAlready have an account? Log in here.
Inizjattivi ġodda għal Unjoni Ewropea aħjarDan il-podcast jippreżenta informazzjoni fuq inizjattivi differenti mfassla biex jintlaħaq dak li jistennew iċ-ċittadini għal leġiżlazzjoni tal-UE aħjar.&n... more
FAQs about Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar:How many episodes does Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar have?The podcast currently has 54 episodes available.
December 15, 2023Lejn regoli ġodda għall-Unjoni Ewropea kollha biex nindirizzaw l-ammont dejjem jikber ta’ skart mill-imballaġġMinn ekonomiji ċirkolari għal miri ta’ riċiklaġġ. F’dan l-episodju se nitkellmu dwar id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ. Se nitkellmu wkoll fuq il-pożizzjoni tal-Parlament dwar regoli ġodda għall-Unjoni Ewropea kollha biex nindirizzaw l-ammont dejjem jikber ta’ skart. Ir-regoli l-ġodda huma mfassla biex jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-imballaġġ, inaqqsu l-imballaġġ bla bżonn u l-iskart li jirriżulta minnu. Barra minn hekk, huma jippromwovu l-użu ta’ kontenut riċiklat fl-imballaġġ....more9minPlay
December 08, 2023L-Att tal-Unjoni Ewropea dwar il-Libertà tal-MediaB’rispons għat-theddid dejjem jikber għal-libertà tal-media u l-vijabbiltà finanzjarja tal-istabbilimenti tal-media, il-Parlament adotta qafas komuni għas-servizzi tal-media, magħruf bħala l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media. Dan hu tassew pass importanti, peress li l-att jipproteġi lill-ġurnalisti u lil min jaħdem fil-media, iħeġġeġ it-trasparenza fis-sjieda tal-media u jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġi żgurat ambjent medjatiku varjat u indipendenti....more8minPlay
December 06, 2023L-użi differenti tad-droni fil-kamp medikuF'dan l-episodju ta' "Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar" se nitkellmu dwar l-użi li jsiru mid-droni fil-kamp mediku u l-miżuri li l-Unjoni Ewropea qiegħda tieħu biex tirregolahom....more9minPlay
December 04, 2023L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: “Fur free Europe - Ewropa Ħielsa mill-Pil tal-Annimali”F’dawn l-aħħar snin, il-produzzjoni tal-pil qiegħda tonqos. Dan huwa bis-saħħa tal-fatt li qed tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-benessri tal-annimali, it-tħassib dwar l-impatt ambjentali li tħalli din il-produzzjoni u r-riskji għas-saħħa pubblika relatati. L-inizjattiva taċ-Ċittadini “Ewropa Ħielsa mill-Pil tal-Annimali” għandha l-għan li tipprojbixxi t-trobbija ta’ annimali għall-pil u l-bejgħ ta’ prodotti magħmula mill-pil madwar l-Unjoni Ewropea. L-organizzaturi tal-inizjattiva ġabru aktar minn miljun u nofs firma biex jappoġġjaw it-talbiet tagħhom u juru kif iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jkunu involuti b’mod attiv fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni Ewropea....more8minPlay
FAQs about Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar:How many episodes does Naħdmu Aktar għal Leġiżlazzjoni Aħjar have?The podcast currently has 54 episodes available.