Kull persuna għandha tħossha ħielsa li tkun hi nnifisha u tħobb lil min tixtieq mingħajr ebda biża’.
Madankollu, il-persuni leżbjani, gay, bisesswali, trans, intersesswali u queer għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni f’bosta partijiet tad-dinja, inkluż l-Ewropa.
L-Unjoni Ewropea hija impenjata bis-sħiħ fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Skopri aktar dwar kif l-Unjoni Ewropea qed tipprova tiżviluppa soċjetà aktar inklużiva fejn kulħadd jista’ jħossu sikur billi tisma’ dan il-podcast.