The Council for Maltese Living Abroad (CMLA) is meeting in October this year. Ms Edwidge Borg, one of the representatives on the Council for the state of Victoria, Australia, speaks with Joe Axiaq about the role of the Council and invites members of the community for ideas and issues on formulating topics for the agenda. If you would like to raise any topics which would be of benefit to the Maltese community in general, you can get in touch with members of the council for further discussion. - Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra se jiltaqa’ f’Malta f’Ottubru li ġej. Is-Sinjura Edwidge Borg, waħda mir-rappreżentanti tal-Kunsill għall-istat ta’ Victoria, fl-Awstralja titkellem ma’ Joe Axiaq, dwar l-għan tal-Kunsill waqt li tistieden lill-membri u għaqdiet tal-komunità Maltija għal ideat u proposti li jistgħu jkunu diskussi li minnhom tibbenifika l-komunità Maltija fl-Awstralja. Jekk taħseb li hemm xi problemi li għandhom ikunu diskussi tista’ tikkuntattja lil xi membru tal-Kunsill.