Ray "Żażu" Farrugia is a football coach and former player. In 1978 he left Malta to join the Melita Eagles Club in New South Wales. After 12 years playing in Australia, he returned to Malta as a hero and became a top coach. Currently Ray Farrugia is back in Australia to launch his autobiography ‘And in Malta Is My Home’ and to promote Malta to second and third generation Maltese Australians, through the Malta Tourism Authority. He speaks with Joe Axiaq, about his glorious years with Melita Eagles and his strong message in the book for all the young players who dream of having a career in football and young people in general to never give up. - Ray "Żażu" Farrugia huwa kowċ u eks plejer tal-futbol Malti. Fl-1978 huwa ħalla Malta għall-Awstralja fl-età ta’ 21 sena biex jingħaqad mal-klabb tal-Melita Eagles fi New South Wales. Wara 12-il sena jilgħab fl-Awstralja, fejn rebaħ diversi unuri huwa reġa’ lura Malta u sar kowċ tal-futbol mill-aqwa. Bħalissa Ray Farrugia jinsab l-Awstralja biex iniedi l-ktieb tal-awtobijografija tiegħu ‘And in Malta Is My Home’ u jippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika lit-tieni u t-tielet ġenerazzjoni tal-Maltin fl-Awstralja, permezz tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. Huwa jitkellem ma’ Joe Axiaq dwar is-snin glorjużi tiegħu fl-Awstralja jilgħab mal-Melita Eagles u l-messaġġ li nsibu fil-ktieb tiegħu liż-żgħaġagħ li joħolmu b’karriera fil-futbol u liż-żgħażagħ b’mod ġenerali, biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u jkomplu jaħdmu u jistinkaw għall-ħolma tagħhom.